Left arrow Mur Lura

Żjara ta’ Korteżija lill-Ministru Tas-Saħħa Minn Ufficjali tas-sahha ambjentali Ingliżi

pr1242
Date Icon 21/10/2003
Il-Ministrutas-Saħħa, l-Onor. Louis Deguara kellu żjara ta’ kortesija minn uffiċjali ta’ North Western Centre of The Chartered Institute of Environment Health ta’ l-Ingilterra.  Dawn l-uffiċjali qegħdin bħalissa fostna għal żjara ta’ familjariżazzjoni li tinkludi diversi laqgħat ma’ uffiċjali għolja tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Preżenti għall-laqgħamal-Ministru tas-Saħħa kien hemm ukoll l-uffiċjali ta’ l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ l-Ispetturi tas-Saħħa Maltin li twaqqfet dan l-aħħar.  Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mis-Sur Mario Camilleri, President ta’ l-Assoċjazzjoni.
Il-Ministru Deguara qal likoperazzjoni bejn għaqdiet Maltin u dawk barranin ma tagħmel xejn ħlief ġid.  Laqgħat bħal dawn iservu biex jiġu diskussi materji komuni u jsir bdil ta’ informazzjoni u esperjenzi li jgħinu liż-żewġ naħat jitgħallmu minn xulxin.
Din il-laqgħa hija l-ewwellaqgħa uffiċjali ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Ispetturi tas-Saħħa Maltin mal-Ministru tas-Saħħa fejn hu awguralhom għal din l-inizjattiva għax dan bla dubju għandu jgħin biex ikabbar l-għarfien tal-ħidma ta’ l-ispetturi tas-saħħa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow