Left arrow Mur Lura

Twegiba tal-ministeru tal-gustizzja u l-intern ghal konferenza stampa li saret mill-Onor. Chris Cardona

pr1241
Date Icon 21/10/2003

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern jirreferi għall-konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret il-bieraħ mill-kelliem ewlieni ta’ l-Oppozizzjoni għall-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris. Cardona, u  jwieġeb is-segwenti:  

1.                  Trid tkun ċara li skond l-Avviż Legali 324/2002 kull Kunsill Lokali jrid fl-aħħar ta’ kull sena, jżomm bilanċ pożittiv fil-kont tiegħu, li jkun ta’ mhux inqas minn għaxra fil-mija (10%) tas-somma li tiġi allokata lilu, għal dik is-sena.  Dan ifisser bl-aktar termini ċari u tondi, li l-Kunsilli Lokali m’għandhomx u huma projbiti bil-liġi li jonfqu 10% ta’ dik l-allokazzjoni, sakemm ma tintalabx eżenzjoni.  

2.                  In vista tal-fatt li l-Kunsilli Lokali jingħataw l-allokazzjoni tagħhom mill-fondi pubbliċi u għalhekk huma parti sħiħa mill-istruttura ta’ l-Istat Malti, il-miżura meħuda mill-Ministeru tal-Finanzi hija applikabbli għalihom ukoll.  Il-Kunsilliera eletti demokratikament mill-poplu, fost id-dmirijiet tagħhom għandhom dak li jkunu amministraturi tajba u għaqlin ta’ flus il-poplu.  Għalhekk il-flus provduti, li kif inhu magħruf, tul dawn l-aħħar snin żdiedu sew, iridu jintefqu skond il-liġi; u dan ifisser li kull Kunsill irid jieħu ħsieb li fl-aħħar tas-sena jkollu dan l-ammont ta’ 10% fil-kont tiegħu.  

3.                  Minkejja li ġie stabbilit oriġinarjament l-ammont ta’ 10%, b’rappreżentazzjonijiet li saru mill-istess Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern, dan ġie ridott għal 5%.  Dan ifisser li l-Kunsilli Lokali, għall-kuntrarju ta’ dipartimenti oħra, flok tnaqqsilhom 10%, issa marru għal 5%.  

4.                  Barra minn dan, in vista ta’ l-importanza tal-Kunsilli Lokali u bil-mira li proġetti li nbdew ma jiqfux, il-Ministru Tonio Borg iddikjara diġa’ pubblikament, li għal din is-sena biss, l-Avviż Legali msemmi ser jiġi emendat u mill-Kunsilli ser jintalbu li jħallu 5% biss fil-kont tagħhom u mhux 10%.  Dan ifisser b’mod l-aktar ċar li, kuntrarjament għal dak li allega l-imsemmi kelliem, li l-Kunsilli Lokali li kienu bil-għaqal u ħadmu skond il-liġi, m’huma ser ikollhom ebda proġett li jinżamm lura għax il-5% li ser titneħħa, ser tiġi kumpensata bil-fatt li jridu jinżammu biss 5% u mhux 10% fil-kont, bħala bilanċ pożittiv fl-aħħar tas-sena.  

5.                  Għalhekk, kuntrarjament għal dak li ngħad, il-Gvern għandu għal qalbu l-Kunsilli Lokali, għax dawn mhux ser jiġu effettwati negattivament.  Dan fehmuh is-Sindki kollha – huma ta’ liema fehma politika huma – u għalhekk ivvutaw  favur dan l-arrangament  u kontra l-mozzjoni partiġġjana li giet ippreżentata.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow