Iktar minn 133,000 tranżazzjoni mal-Gvern b’mod elettroniku
pr1240
21/10/2003
| Meta | kien qed jindirizza lil dawk preżenti fit-tnedija ta’ Symfony – Malta, il-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investimenti, l-Onor. Austin Gatt spjega li llum qed ngħixu evoluzzjoni li qed twassal biex niffukaw iktar fuq l-użu tat-teknoloġija biex intejbu l-kwalità tal-ħajja. |
| Il-Ministru | Gatt spjega li l-okkażjoni tal-lum hija wkoll xhieda tal-kapaċità u l-ħila tal-Malti. Huwa fisser li Symfony hija l-frott tal-kapaċità tal-Malti li żviluppa sistemi ibbażati fuq it-teknoloġija fl-Ingilterra, għamel suċċess fir-Renju Unit, u issa qed jiġu offruti f’pajjiżna. |
| Il-Ministru | Gatt kompla li s-servizzi u s-sistemi offruti jippromwovu l-użu faċli tat-teknoloġija fid-djar tagħna. F’dan il-kuntest, il-Ministru Gatt semma l-inizjattivi li ħa l-Gvern fil-qasam ta’ l-e-Government. Huwa spjega li l-għan tal-Gvern kien li juża t-teknoloġija ta’ l-informazzjoni biex jipprovdi servizzi ta’ kwalità u li jissodisfaw il-kumdità tal-poplu. Austin Gatt qal li llum il-Gvern qed jipprovdi numru ta’ servizzi b’mod elettroniku, u li faċilment jistgħu jintużaw mill-Maltin f’kull ħin u minn kullimkien. |
| Il-Ministru | Gatt spjega li s-suċċess ta’ l-e-Government huwa kkonfermat mill-istatistika. Huwa semma kif filwaqt li f’April, Mejju u Ġunju kien hemm medja ta’ 55,000 tranżazzjoni mal-Gvern b’mod elettroniku, ’l fuq minn 133,000 tranżazzjoni ġiet reġistrata fix-xahar ta’ Settembru. |
| Austin | Gatt spjega li dawn huma ċifri nkoraġġanti ħafna meta wieħed iqis il-fatt li għad jonqos numru ta’ servizzi personalizzati li jibdew jiġu pprovduti lil Maltin hekk kif jiġi identifikat l-amministratur tas-sistema ta’ l-identità elettronika. |
| Il-Ministru | Austin Gatt ħabbar ukoll li l-HSBC mistennija wkoll li jissieħbu mal-Gvern u l-Bank of Valletta, fil-proġett ta’ l-e-Government Payment Gateway. Din il-Payment Gateway tiffaċilita l-ħlasijiet lil Gvern b’mod elettroniku. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en