DISKUSSJONI DWAR IL-FOND SOCJALI EWROPEW
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Francis Agius, ha sehem f’diskussjoni waqt il-laqgha tal-Ministri tax-Xoghol ta` l-Unjoni Ewropea li saret fil-Lussemburgu.
L-Onor. Agius qal li Malta taqbel mal-fond socjali tal-Komunita` Ewropea li jiehu madwar hamsa u ghoxrin fil-mija tal-budget kollu ta’ l-istess Unjoni Ewropea. Huwa rrefera ghall-fatt li x-xoghol hu fattur mill-aktar importanti fis-socjeta` Maltija li ghandha l-oghla densita` ta’ popolazzjoni fl-Ewropa kollha: fil-fatt ’l fuq minn elf kull kilometru kwadru.
| Il-Kostituzzjoni | ta’ Malta ghandha bhala l-ewwel obbligu taghha li jirreferi ghall-importanza tax-xoghol. Hu semma l-miri ta’ fejn trid timxi l-Ewropa fil-qasam tax-xoghol u biex izzomm mad-dikjarazzjoni ta’ Andorra jigifieri li tfittex zieda fit-tkabbir ta’ l-ekonomija ta’ ’l fuq minn 34%; u li jkun hemm full employment. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li r-ristrutturar | li qed isir fit-tarzni Maltin u fis-settur pubbliku b’mod partikulari, irid ihares lejn l-aspetti finanzjarji, socjali, kif ukoll lejn is-sostenibilita` ta’ certi ghanijiet u proceduri ta’ xoghol. Hu ghamel referenza ghall-fond socjali Ewropew fejn qal li dan ghandu jistudja l-aspetti pozittivi kif ukoll dawk negattivi. Huwa importanti wkoll li wiehed mhux biss isib opportunitajiet ta’ xoghlijiet godda imma li l-Gvern ghandu johloq opportunitajiet permezz ta’ politika favur ix-xoghol li jrendi. |
L-Onor. Francis Agius temm jghid li jehtieg ukoll li jkun hawn simplifikazzjoni tal-proceduri biex nibbenefikaw mill-fondi ta’ dan il-Fond Socjali.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en