OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ FIL-QASAM TA’ L-IMPIEGI
pr1235
20/10/2003
| Fl-intervent tagħha fl-għeluq ta’ seminar dwar il-persuni b’diżabilita’ | u l-impiegi, is-Segretarju Parlametari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, l-Onor. Dolores Cristina tkellmet dwar tlett punti li jiffukaw fuq il-bżonnijiet tal-futur. |
| Hija bdiet biex ikkwotat lil Odile Quintin, Direttur | General għall-Impiegi u Affarijiet Soċjali tal-Kummissjoni Ewropea, dwar il-Corporate Social Responsibility li hu mezz kif l-organizzazzjoniet għandhom jimxu b’mod li jirrispetta kemm l-ambjent kif ukoll il-komunita’ ta’ madwarhom u s-soċjeta` sħiħa. Is-CSR tħares lejn il-benefiċċji ta’ partnership jew sħubija bejn l-istakeholders kollha – min iħaddem, min jaħdem, it-trade unions, u l-istituzzjonijiet ta’ l- Unjoni Ewropea. - biex nersqu lejn it-twettiq ta’ riforma soċjali u ekonomika kif tħabbret f’Lisbona. L-Onor. Cristina qalet li l-għan hu li s-soċjeta’ bir-rieda tagħha stess u mhux għax tiġi mġegħla b’xi mod, tmur oltre l-obligazzjonijiet li timponi l-liġi. |
| Il-Kummissjoni ta’ l-Impiegi u Affarijiet Soċjali | ta’ l-Unjoni Ewropea tinkoraġġixxi kumpaniji u ażjendi biex iħarsu lejn il-persuna u mhux lejn id-diżabilita’. Fl-imgħoddi, qalet is-Segretarju Parlamentari, managements kienu jiffukaw fuq il-profitt ekonomiku, iżda l-Kummissjoni qed tgħid li kemm għal suċċess fit-tul tal-kumpanija, mhux l-anqas permezz tar-reputazzjoni li tibni, għandu jkun hemm il-kejl ta’ social u environmental performance. L-Onor. Cristina faħħret kumpaniji li jaħtru politika ta’ opportunitajiet indaqs. Hija semmiet studju li sar fir-Renju Unit fejn instab li 50% tal-kumpaniji li mpjegaw persuni b’diżabilta’ sabu li ma kellhom jagħmlu l-ebda tibdil fl-ambjent naturali fl-ażjenda tagħhom meta impjegaw dawn il-persuni. Il-bqija tal-kumpaniji qalu li kienu jinħtieġu tibdiliet żgħar biss li ma jqumux ħafna flus. |
| Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru | ghall-Politika Socjali, semmiet ukoll il-ħtieġa li jitwaqqaf Employers Forum li fuq bażi kontinwa jistħarreġ xi ħtiġijiet u bidliet jkun hemm bżonn li jseħħu. Dan jista’ jwaqqaf linji ta’ gwida u jgħin biex ikun hemm skambju ta’ metodi ta’ best practice. |
Meta tkellmet dwar is-sistema edukattiva, l-Onor. Dolores Cristina qalet li din għandha tkun tali li telimina d-diskriminazzjoni billi tipprovdi opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ mill-aktar wiesgħa. Hija qalet li hi ħasra li mhux qed joħorġu biżżejjed persuni b’diżabilita’ gradwati mill-Universita’. Il-Gvern ukoll, jeħtieġ li jgħallem bl-eżempju billi jservi ta’ mudell f’dak li hu aċċessibilta’, opportunitajiet għall-izvilupp u kundizzjoniet. L-Onor. Cristina semmiet ukoll l-irwol tal-Media biex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni lejn persuni b’diżabilita’.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en