Left arrow Mur Lura

Bidliet importanti fil-Kodiċi Ċivili

pr1234
Date Icon 20/10/2003
Għadu kif ġie pubblikatAbbozz ta’ Liġi li jdaħħal bidliet importanti fil-Kodiċi Ċivili, l-aktar fil-liġi tas-suċċessjoni.  Il-bidliet l-iktar sinifikattivi qed jiġu elenkati hawn taħt:
Iktarlibertà għall-miżżewġin li jħallu l-proprjetà lil xulxin wara mewthom.  Sal-lum miżżewġin li  għandhom it-tfal ma setgħux iħallu lil xulxin iktar minn kwart fi proprjetà.  Din il-projbizzjoni qed titneħħa, u sakemm jiġu osservati r-regoli tal-leġittima favur it-tfal, il-miżżewġin jistgħu jħallu l-proprjetà lil xulxin bla limitu.

·     Sal-lum meta jmut konjuġi bla testment, u ma jkunx hemm tfal, il-konjuġi li jibqa’ ħaj jiret biss nofs il-wirt; in-nofs l-ieħor imur għand il-qraba tal-mejjet.  L-Abbozz jipproponi li min jibqa’ ħaj mill-miżżewġin jieħu l-wirt kollu hu. 

·     Sal-lum it-tfal mwielda barrra ż-żwieġ setgħu jirtu biss terz (1/3) tal-leġittima (minimu u li bil-fors trid  tħalli lit-tfal) mill-wirt tal-ġenitur.  Per eżempju jekk missier għandu żewġt itfal, wieħed mwieled fiż-żwieġ, l-ieħor barra miż-żwieġ, dak il-missier ma setax iħalli lill-wild tiegħu mwieled barra ż-żwieġ, iktar minn 1/18 tal-wirt tiegħu. 

B’dawn l-emendi: 

·     Meta jsir testment, it-testatur (l-omm jew il-missier) jistgħu jħallu li jridu u kemm iridu lit-tfal imwielda barra ż-zwieġ; 

·     Il-leġittima (il-minimu li wieħed irid iħalli lil uliedu) se tkun l-istess kemm f’każ ta’ tfal mwielda fi jew barra ż-żwieġ; 

·     Fil-każ li ma jkunx hemm testment, il-posizzjoni ta’ tfal mwielda barra ż-żwieġ se titjieb konsiderevolment komparata mas-sitwazzjoni tal-lum. 

·     Il-kliem “tfal illeġittimu” qed jitneħħew kull fejn jidhru fil-Kodiċi.

Miżura oħra importanti hi dik li tiffaċilita l-qsim tal-wirt meta jkun għadda ċertu żmien u l-eredi jew il-ko-propjetarji ma jkunux ftehmu kif se jaqsmu l-proprjetà, allura f’dawn iċ-ċirkostanzi:- 

·     fil-każ ta’ wirt, kull eredi jkun jista’ jbiegħ sehmu indiviż minn proprjetà partikolari tal-wirt, mingħajr il-ħtieġa ta’ qsim tal-wirt; 

·     kull ko-propjetarju jkun jista’ jitlob lill-Qorti li tapprova il-bejgħ ta’ proprjetà skond prezz li l-Qorti jidhrilha ġust, u jekk ikun hemm ko-proprjetarju wieħed biss li jopponi, il-bejgħ jista’ jsir mingħajr il-bżonn ta’ irkant fil-Qorti. 

·     Il-leġittima sal-lum kienet dejjem meqjusa bħala porzjoni ta’ l-eredità, b’ hekk kull persuna intitolata għall-leġittima setgħet tibblokka l-qsim tal-wirt.  Issa l-leġittima se tiġi konsiderata bħala dritt ta’ kreditu kontra l-eredità; dana se jnaqqas ostakolu ieħor għal qsim malajr ta’ l-eredità. 

·     Il-konjuġi li jibqa’ ħaj (“surviving spouse”) ikollu d-dritt ta’ preferenza fix-xiri tad-dar matrimonjali li fuqha ġa għandu dritt ta’ abitazzjoni. 

·     Ir-regola li t-tfal tat-tieni żwieġ ma jistgħux jirtu iktar mit-tfal ta’ l-ewwel żwieġ qed titneħħa. 

·     Meta jkunn hemm testment “unica charta”, u jmut wieħed mill-konjuġi, se jitħaffef il-proċess sabiex l-eredi jkunu jistgħu jakkwistaw kopja ta’ dik il-parti tat-testment li tirregola l-wirt tal-konjuġi li miet. 

·     Tibdil fis-sess jista’ jiġi annotat fl-att tat-twelid għal persuni mhux miżżewġa, basta ssir kawża għal dan l-iskop. 

·     Ir-rikonoxximent unilaterali minn missier ta’ tifel mwieled barra ż-żwieġ mhux se jibqa’ awtomatiku, iżda jrid ikun hemm il-kunsens ta’ l-omm, jew inkella ssir kawża għal dan l-iskop. 

·     Armla li terga’ tiżżewweġ se jkollha dritt illi zzomm il-kunjom ta’ l-ewwel żwieġ taghha jew izzidu mal-kunjom tat-tieni żwieġ tagħha; b’ hekk tkun tista’ jkollha l-istes kunjom bħal uliedha ta’ l-ewwel żwieġ. 

L-emendikollha li jolqtu il-ligi ta-suċċessjoni MA JAPPLIKAWX għall-eredità ta’ persuni li ġa mietu iżda japplikaw għall-futur biss.
Hemm diversi emendi oħra iżda qed jiġu sottolinejati dawk l-iktarimportanti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow