IL-WORLD INTELLECTUAL PROPERTY ORGANISATION TAL-ĠNUS MAGĦQUDA TGĦIN LILL-UFFIĊĊJU TAL-PROPJETÀ INDUSTRIJALI FID-DIVIŻJONI GĦALL-KUMMERĊ
pr1233
20/10/2003
| Is-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo dalghodu nawgura uffiċċju mgħammar b’apparat li ngħata mill-Ġnus Magħquda permezz tal-World Intellectual Property Organisation, li taw b’madwar LM7,000 apparat għall-użu ta’ uffiċjali tad-Dipartiment u għal laqgħat ta’ taħriġ. Dan l-uffiċċju jinsab f’Lascaris, il-Belt Valletta. |
| F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni li ghamel, l-Onor. Vassallo qal li: | “Kemm-il darba rridu naraw żvilupp industrijali jseħħ f’pajjiżna, flimkien ma’ l-investiment fit-taħrig mill-privat, irid ikun hemm ukoll l-investiment tal-Gvern li jħarreġ l-uffiċjali pubbliċi li bħala dmir għandhom li jkunu ta’ servizz għal min qiegħed fl-industrija tal-manifattura u l-kummerċ. |
| Illum | qegħdin naraw kif Organizzazzjoni li hija parti mill-Ġnus Magħquda u li hija magħrufa bħala l-World Intellectual Property Organisation qegħdha tagħraf l-importanza tat-taħriġ ta’ l-uffiċjali pubbliċi u qed tgħin lid-Diviżjoni tal-Kummerċ li fi ħdanha hemm l-Uffiċċju tal-Propjeta’ Industrijali, biex ikollu dawk ir-riżorsi meħtieġa biex it-taħriġ lill-uffiċjali tiegħu ikun possibbli li jsir. Dan wassal biex fid-Diviżjoni għall-Kummerċ issa għandha l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex it-taħriġ jibda jsir fl-istess uffiċini tad-Diviżjoni mingħajr ma’ l-uffiċjali jkollhom għaliex joħorġu barra mill-uffiċini tagħhom.” |
| “It-taħriġ kemm ta’ dawk li qegħdin fin-negozju, kif ukoll ta’ | dawk li għandhom dmir li jservu lil min qiegħed fin-negozju, huwa dover ieħor li qed nara li jitwettaq. Diġà għidt li s-sena d-dieħla għandha tkun sena ddedikata għat-taħriġ u dak li qed ninawgura llum jixhed u jawgura li tassew is-sena d-dieħla għandha tkun sena ddedikata għat-taħriġ. F’dan ir-rigward, nixtieq li l-uffiċjali f’dan id-Dipartiment mhux biss ikunu mħarrġa, iżda joffru l-aħjar assistenza possibbli lil min hu fil-kummerċ. |
| Irridu | nibdew nitkellmu aktar fuq il-kunċett ta’ innovazzjoni u riċerka. Għandna bżonn negozji intelliġenti sostnut minn servizz pubbliku intelliġenti, li kapaċi jagħti servizz lil min qiegħed fl-industrija tal-manifattura u l-kummerċ.” |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en