Teknologija gdida ghall-MRI
pr1232
20/10/2003
| Id-Diviżjoni | tas-Saħħa tixtieq tavża lill-pubbliku li minħabba xogħol ta’ modernizzar fuq il-magna ta’ l-MRI, is-servizz li tipprovdi din il-magna se jitwaqqaf min-nhar it-Tnejn, 27 ta’ Ottubru sa nhar it-Tnejn, 17 ta’ Novembru 2003. |
| Matul | dan il-perjodu il-magna se tiżżarma kompletament biex tigi nstallata l-aqwa teknologija li teżisti llum f’dan il-qasam. Ghalkemm it-teknologija preżenti għaddew minn fuqha ftit aktar minn tliet snin, din illum hija meqjusa bħala qadima minħabba l-pass mgħaġġel ta’ l-avvanz teknoloġiku. Din it-teknoloġija se tiswa lill-gvern is-somma ta’ Lm340,000. Din is-somma tixhed li d-Diviżjoni tas-Saħħa hija mpenjata li tagħti l-aqwa servizz lill-pazjent. |
| Id-Diviżjoni | tas-Saħħa tixtieq tfakkar illi minn meta f’April 2000 ġie introdott l-MRI f’San Luqa, n-numru ta’ MRI’s li jsiru f’sena, tela’ minn 480 għal 2,766. |
| Matul iz-zmien (tliet gimghat) li se jdum zarmat l-MRI, se tigi | stallata fih sistema kompletament ġdida li toffri diversi vantaġġi fosthom: |
· il-ħin ta’ kull test se jitnaqqas bin-nofs;
· jipproduċi l-aqwa kwalità possibbli ta’ image li t-teknologija tal-Magnetic Resonance Imaging tista taghti;
· il-pazjent se jkun ferm aktar komdu għaliex il-ħsejjes tal-makna assoċjati ma’ dan it-test se jonqsu b’40 fil-mija.
| Wara | li t-teknoloġija u l-apparat jitpoġġew f’posthom ikun hemm il-ħtieġa ta’ ġimgħa provi u taħrig għall-impjegati. Ix-xogħol ta’ installazzjoni u taħriġ fuq l-MRI se jsir kollu minn tekniċi barranin li se jinġiebu Malta apposta. |
| Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq isserraħ moħħ il-pubbliku li se | tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex każi urġenti ta’ l-MRI jibqgħu jsiru xorta waħda. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en