Left arrow Go Back

Teknologija gdida ghall-MRI

pr1232
Date Icon 20/10/2003
Id-Diviżjonitas-Saħħa tixtieq tavża lill-pubbliku li minħabba xogħol ta’ modernizzar fuq il-magna ta’ l-MRI, is-servizz li tipprovdi din il-magna se jitwaqqaf min-nhar it-Tnejn, 27 ta’ Ottubru sa nhar it-Tnejn, 17 ta’ Novembru 2003.
Matuldan il-perjodu il-magna se tiżżarma kompletament biex tigi nstallata l-aqwa teknologija li teżisti llum f’dan il-qasam.  Ghalkemm it-teknologija preżenti għaddew minn fuqha ftit aktar minn tliet snin, din illum hija meqjusa bħala qadima minħabba l-pass mgħaġġel ta’ l-avvanz teknoloġiku. Din it-teknoloġija se tiswa lill-gvern is-somma ta’ Lm340,000.  Din is-somma tixhed li d-Diviżjoni tas-Saħħa hija mpenjata li tagħti l-aqwa servizz lill-pazjent.
Id-Diviżjonitas-Saħħa tixtieq tfakkar illi minn meta f’April 2000 ġie introdott l-MRI f’San Luqa, n-numru ta’ MRI’s li jsiru f’sena, tela’ minn 480 għal 2,766.
Matul iz-zmien (tliet gimghat) li se jdum zarmat l-MRI, se tigistallata fih sistema kompletament ġdida li toffri diversi vantaġġi fosthom:

·     il-ħin ta’ kull test se jitnaqqas bin-nofs;

·     jipproduċi l-aqwa kwalità possibbli ta’ image li t-teknologija tal-Magnetic Resonance Imaging tista taghti;

·     il-pazjent se jkun ferm aktar komdu għaliex il-ħsejjes tal-makna assoċjati ma’ dan it-test  se jonqsu b’40 fil-mija. 

Warali t-teknoloġija u l-apparat jitpoġġew f’posthom ikun hemm il-ħtieġa ta’ ġimgħa provi u taħrig għall-impjegati.  Ix-xogħol ta’ installazzjoni u taħriġ fuq l-MRI se jsir kollu minn tekniċi barranin li se jinġiebu Malta apposta.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq isserraħ moħħ il-pubbliku li setagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex każi urġenti ta’ l-MRI jibqgħu jsiru xorta waħda.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow