Left arrow Mur Lura

Id-decizjoni tal-Qorti Ewropea taghti ragun lill-Gvern Malti

pr1231
Date Icon 20/10/2003
Id-decizjoni tal-Qorti Ewropea dwar l-interpretazzjoni ta’ Artiklu 9tad-Direttivi tal-Ghasafar ta’ l-Unjoni Ewropea (Birds Directive), tikkonferma l-ghaqal u l-pozizzjoni li ha l-Gvern Malti, li fit-tahdidiet ghal shubija fl-Unjoni Ewropea, irnexxielu jiinnegozja deroga li tippermetti li fir-rebbiegha, tkun tista’ ssir il-kacca ghall-gamiem u s-sumien.
Malta hija l-uniku pajjiz li ghandha din it-tip ta’deroga u d-decizjoni tal-Qorti Ewropea tikkonferma li d-deroga li ghandha Malta hija skond id-direttivi tal-Unjoni Ewropea, u li mhux minnu li kif intqal minn xi whud, li d-deroga kienet biss mizura temporanja. Il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent xorta wahda jfakkar li d-deroga ghandha wkoll obligazzjonijiet cari, li jridu jkunu rispettati.  Dawn jinkludu ghasafar li huma protetti u li ghalhekk ma jistghux jigu kkaccjati. Filwaqt li l-Gvern se jara li r-regoli dwar il-kacca u l-insib jibqghu jigu rispettati u jkunu nfurzati, huwa wkoll ferm importanti li kemm il-kaccaturi kif ukoll in-nassaba Maltin u Ghawdxin jaghmlu hilithom biex irazznu l-abbuzi li sfortunatament ghadhom isiru minn xi whud.
B’hekk dawk kollha li jridu jibqghu jipprattikawid-delizzji taghhom skond il-ligi, jkunu jistghu jibqghu jaghmlu dan fis-snin li gejjin minghajr ma jintilef ebda dritt milli jezisti bhalissa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow