Left arrow Mur Lura

HOLQIEN TA’ REGISTRU CENTRALI

pr1229
Date Icon 20/10/2003
Abbozzta’ liġi li ser jipprovdi l-bażi legali għall-ħolqien ta’ Reġistru Ċentrali fil-Gżejjer Maltin ġie ppublikat nhar il-Gimgha 17 t`Ottubru, mill-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern.  Permezz tal-ħolqien ta' sistema ċentrali ta’ reġistrazzjoni waħda għal dak kollu li għandu x'jaqsam ma’ Propjeta’ u Status Ċivili, huwa mistenni li din il-liġi ser ittejjeb is-servizzi pprovduti mill-Gvern f'dan il-qasam partikolari.  Ta' min jinnota li din il-liġi ser tgħin sabiex tkun assigurata ċ-"Ċertezza tal-Proprjeta’".  L-abbozz finali, oriġininarjament imħejji minn kumitat ad hoc, hija r-riżultat ta' proċess ta' konsultazzjoni estensiv ma’ kull min jista’ jkollu xi nteress fil-liġi, kif ukoll mal-pubbliku in ġenerali.  L-Att dwar ir-Reġistru Ċentrali jagħti wkoll bażi legali lid-dmirijiet importanti li jaqdi d-Dipartiment ta’ Reġistrazzjoni Ċivili bħal Reġistrazzjoni ta’ Atti u l-amministrazzjoni tal-Common Database.
Fuqlivell amministrattv, għal dawn l-aħħar sentejn, il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern, kompla l-proċess ta’ amalgamazzjoni tar-Reġistru ta' l-Artijiet, ir-Reġistru Pubbliku u d-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili taħt Taqsima wahda: f'kelma waħda d-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u ta' l-Artijiet. Barra minn hekk, il-liġi l-ġdida tagħmel tajjeb ukoll għall-iżviluppi fit-Teknoloġija ta' l-Informatika li seħħew fir-Reġistri f'dawn l-aħħar snin. F'dan is-sens, fil-fatt, saru riformi amminstrattivi importanti preċiżament erba' snin ilu.  Permezz ta' dawn ir-riformi ġiet varata sistema ta' tiftix uffiċjali, kif ukoll ingħata bidu għall-proċess ta' kompjuterizzazzjoni sħiħa ta' l-Arkivji tar-Reġistru Pubbliku.  Dan kollu huwa garanzija ta' sistema ferm aktar preċiża fil-futur.  Il-liġi taħseb għall-ġejjieni u tikkonsidra wkoll xenarju fejn klijenti jagħmlu l-applikazzjonijiet tagħhom għal reġistrazzjoni b'mod elettroniku.  Fil-fatt bħalissa din il-possibilta’ qiegħda tiġi eżaminata.  Sistema ta’ applikazzjonijet on-line tkun ikkombinata mas-sistema ta’ tiftix on-line diġa’ eżistenti.  Din ta’ l-aħħar qiegħda wkoll tiġi avvanzata sabiex tkun tista’ tilqa’ kummenti u proposti li kienu saru matul dawn l-aħħar xhur.
Wieħedirid iżid ukoll, li minbarra dan kollu, qed isir xogħol sabiex tiġi mtejba s-sistema fir-Reġistru ta' l-Artijiet sabiex tissawwar sistema katastali tajba on-line.
Il-liġil-ġdida li ser tkun issupplimentata minn ġabra ta’ Regolamenti ġodda, hija ambizzjuża ħafna u tipprovdi wkoll għal servizz ta' medjazzjoni.  Il-litigazzjoni tista’ sseħħ meta l-medjazzjoni tkun falliet.  U hemmhekk ukoll, il-każ jinstema’ minn Tribunali ad hoc li jkunu mmexxija minn avukat ta' ċertu esperjenza.  Il-kontribut ta' l-istaff tar-Reġistru u taż-żewġ kategoriji professjonali li normalment jaħdmu id f'id mar-Reġistru, f'kelma waħda, in-nutara pubbliċi u l-periti, ser ikun essenzjali għall-implimentazzjoni tal-liġi, kif ukoll għall-fażi ta’ medjazzjoni.  Huwa ċar li r-Reġistru għandu jkun armat tajjeb biex jilqa’ din l-isfida.  U għal din ir-raġuni, il-Gvern huwa lest li jkompli jinvesti f'sistemi ta’ IT u f’taħriġ ta' personnel.
Wieħedmill-iskopijiet ta' din il-liġi huwa li jiġu ssemplifikati ċerti proċeduri.  Hija ta' interess il-proposta li jekk persuna tixtieq tikkoreġi isimha, din mhix ser ikollha għalfejn tiftaħ kawża l-Qorti, imma jkun biżżejjed għaliha li tapplika għall-korrezzjoni mar-Reġistratur Ġenerali.  Il-proċedura qiegħda tittejjeb mingħajr ma titlef it-trasparenza tagħha, u dan għaliex l-abbozz jipprovdi għal sistema ta’ Reġistrazzjoni ta' l-Art li hija bbażata fuq proċedura ta' notifikazzjoni li tassigura li d-deċiżjonijiet importanti meħuda mir-Reġistratur ikunu trasparenti.
Bħalissagħaddejjin ukoll diskussjoniet mal-Kunsill Notarili sabiex jiġi assigurat li filwaqt li l-pubbliku ġenerali jieħu l-aqwa servizz possibbli, xejn ma jitnaqqas mill-istatus tan-Nutar Pubbliku bħala uffiċjal pubbliku.
Il-propostagħal Reġistru Ċentrali ewlieni ilha tiġi diskussa, iżda issa wasalna fi stat fejn ser tittieħed deċiżjoni li nimxu ’l quddiem.  Il-promulgazzjoni ta' din il-liġi ma jfissirx li issa wasalna għax għad fadal ħafna xogħol xi jsir. Il-Ministeru huwa konvint li l-kooperazzjoni ta' kull min hu involut, li fil-verita’ qatt ma naqset, hija ta' awspiċju tajjeb għall-futur, speċjalment għall-klijenti tar-Reġistru, li wara kollox, din il-liġi saret biex ittejjeb is-servizz offrut lilhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow