LAQGĦA TAL-CONTACT GROUP TAL-KONFERENZA TA’ L-ISPEAKERS TAR-REĠJUN EWRO-MEDITERRANJU
pr1225
17/10/2003
| Nhar | it-Tnejn, 20 ta’ Ottubru 2003, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Anton Tabone, se jlaqqa’ l-Contact Group tal-Konferenza ta’ l-Ispeakers tar-reġjun Ewro-Mediterranju. |
| Għal | din il-laqgħa ser jattendu l-iSpeakers tal-Parlamenti ta’ l-Eġittu, l-Italia, Spanja u t-Tuneżija kif ukoll il-Viċi President tal-Parlament Ewropew, l-Onor Catherine Lalumiere. Fost oħrajn ser jattendu għal din il-laqgħa l-Onor Pier Ferdinando Casini, President tal-Kamra tad-Deputati ta’ l-Italja, kif ukoll l-Onor Ahmed Fathi Sourour ta’ l-Eġittu. |
| Il-Contact | Group se jiltaqa’ bil-għan li jipprepara r-raba’ Konferenza ta’ l-iSpeakers tal-Parlamenti tas-sebgħa u għoxrin pajjiż tar-reġjun Ewro-Mediterranji, liema laqgħa għandha ssir f’Malta fil-bidu tas-sena d-dieħla. |
| Din | il-konferenza ġiet imwaqqfa f’Malaga bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-kmamar tar-rappreżentanti tar-reġjun fl-isfond tal-proċess Ewro-Mediterranju kif ukoll is-sitwazzjoni fir-reġjun. Din il-konferenza kompliet tiltaqa’ f’Alexandrija u f’Ateni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en