Left arrow Mur Lura

Xogħol ta' tisbiħ f’Paceville

pr1221
Date Icon 17/10/2003
Fl-1ta' Ottubru 2003 ingħata bidu għal xogħol ta' tisbiħ fit-toroq interni ta' Paceville.  Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit waqt żjara li għamel f’Paceville fejn qed isiru diversi xogħlijiet konnessi mal-proġett ta’ tisbiħ fit-toroq interni ta’ l-istess lokal.
Il-Ministru Zammitqal ukoll li l-pavimentar kollu ser isir mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, kif ukoll parti mill-bdil tad-distribuzzjoni ta’ l-ilma qed issir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.  Xogħlijiet oħra qed isiru mill-kuntratturi taħt is-superviżjoni tal-Periti tal-Ministeru.
Il-PeritZammit spjega li wara li fis-sajf li għadda saru l-istudji meħtiega, ġie determinat liema servizzi kienu jenħtiegu li jinbidlu jew jissewwew.  Fost ix-xogħlijiet importanti li ser isiru hemm mains ġodda ta' l-ilma fit-toroq, pavimentar ta’ diversi bankini u toroq, kif ukoll asfaltar ta’ diversi toroq.
Sarukoll CCTV survey tal-katusi tad-drenaġġ kollha fl-inħawi u ġie stabbilit liema huma l-ħsarat u tibdil ta' katusi meħtiega biex irendu s-sistema kollha fi stat tajjeb. Dan ix-xogħol qiegħed isir f’dawk it-toroq li jinqalgħu, skond il-programm ta’ xogħol stabillit, biex jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli lir-residenti u lill-komunità kummerċjali.
L-istessproġett ikopri wkoll tibdil u provvista ta' servizzi fosthom tal-Maltacom, Melita Cable u Enemalta.  Fil-każ ta' servizz ta’ l-elettriku ser jitqegħdu cables ġodda biex titjib id-distribuzjoni ta’ l-elettriku fl-inħawi.
Il-MinistruNinu Zammit qal li x-xogħol kollu ser jinqasam fi tlett fażijiet:
L-ewwelfażi bejn l-1 ta' Ottubru u ftit qabel il-Milied ser ikopri Triq Dobbie, Triq wara l-Bus Terminus ħdejn l-EC, Triq Gort, Triq Privitera, Ball Street, parti minn Triq San Gorg u parti minn Triq Wilga.
It-tienifażi bejn il-bidu ta' Jannar u l-aħħar ta' Marzu 2004 ser tkopri Paceville Avenue, parti oħra minn Triq Wilga, parti oħra minn Triq San Gorg u t-taraġ li jwassal għal Triq Santu Wistin.
It-tieletu l-aħħar fażi bejn April u l-aħħar ta' Gunju 2004, ser tkopri l-isqaq wara l-Bus Terminus, Triq Dragonara, Triq Schreiber, Triq il-Knisja u Triq Elija Zammit.
Barrat-tibdil u t-titjib fis-servizzi ser jiġu rrangati wkoll il-bankini ta' l-inħawi u t-toroq kollha ser ikunu rikostitwiti u resurfaced. Fil-pjazza qiegħed jiġi propost disinn ta' pavimentar attraenti.  It-toroq li jmissu mal-pjazza wkoll ser ikunu pavimentati b'mod li fil-ħinijiet ta' filgħaxija, iċ-ċentru jingħalaq għall-karozzi (bl-eċċezzjoni tal-coaches tat-turisti li jservu St. George's Complex u l-Vivaldi Hotel, li m'għandhom l-ebda aċċess ieħor).
Il-proġettqiegħed jiġi kkordinat mal-Kunsill Lokali ta' San Giljan li jirrapreżenta l-interessi tar-residenti u mal-GRTU li tirrappreżenta l-komunità kummerċjali.
Il-MinistruNinu Zammit temm jghid li dan ix-xogħol f’lokal daqshekk importanti qed isir skond standards stabiliti u skond perjodi fissi ta’ żmien, bis-saħħa tal-koperazzjoni sħiħa tar-riżorsi umani fi ħdan il-Ministeru, bil-għan li proġetti simili jsiru b’aktar effiċjenza u bl-inqas spiża possibli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow