Left arrow Go Back

JUM EWROPEW TAL-ĠUSTIZZJA ĊIVILI

pr1219
Date Icon 16/10/2003
Il-ħsiebli jkun hemm dan il-jum tqajjem waqt il-Konferenza Ewropea "Għall-aċċess aħjar miċ-ċittadin għall-ġustizzja" li kienet saret fi Brussell, f'Ottubru, 2002.  Din l-inizjattiva kienet intlaqgħet tajjeb mill-Istati kollha rappreżentati fl-Ewwel Laqgħa tal-European Judicial Network dwar affarijiet ċivili u kummerċjali, miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell fl-4 ta' Diċembru, 2002, u waqt l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) tal-Kunsill ta' l-Ewropa, fi Strasburg fi Frar 2003.
L-għanta' din l-inizjattiva hu li tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja minn naħa taċ-ċittadin.  Din kienet ukoll ix-xewqa tal-Kunsill Ewropew meta ltaqa' f'Tampere fl-1999, l-aktar biex issir kampanja ta' informazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċeduri fil-qrati u rimedji legali.
Kienhemm ukoll ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' L-Ewropa waqt it-23 Konferenza tiegħu f'Londra, f'Ġunju, 2000, fis-sens illi ċ-ċittadini għandhom ikunu jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom u l-faċilita' li jeżerċitawhom b'suċċess.
Kienissemma' l-24 ta' Ottubru għaċ-ċelebrazzjoni ta' dan il-jum peress li l-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kienu qablu fuqha fl-24 ta' Ottubru, 2002, f'konferenza Ewropea fi Brussell dwar l-aċċess għall-ġustizzja.  Fil-5 ta' Ġunju, 2003, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, ikkonferma l-istess data.
Dakiż-żmien, Antonio Vitorino, membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-ġustizzja u affarijiet interni kien stqarr illi l-ħsieb ewlieni kien li jkun hemm ġrajja simbolika, data li fiha wieħed jiftakar li l-ġustizzja hija l-ewwel u qabel kollox servizz liċ-ċittadini biex tgħinhom isolvu kwistjonijiet ta' bejniethom u biex jieħdu d-drittijiet tagħhom.  Il-liġi ċivili taffettwa l-ħajja taċ-ċittadini kollha - fuq il-post tax-xogħol, il-ħajja fiż-żwieġ, it-trobbija ta' l-ulied u n-negozju ta' prodotti u servizzi.  L-integrazzjoni Ewropea f'dan il-qasam kienet qed tiżviluppa b'pass mgħaġġel.  Iżda l-kunċett ta' ġustizzja kien aktar marbut mal-liġi kriminali milli dik ċivili.  Għalhekk inħasset il-ħtieġa li jkun dedikat jum għall-liġi ċivili.
SkondWalter Schwimmer, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Jum tal-Ġustizzja Ċivili għandu jgħin lil 800 miljun ċittadin fil-45 Stati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa biex ikollhom aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet ċivili fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.
L-UnjoniEwropea tittama li ċ-ċelebrazzjoni ta' dan il-jum ma tkunx biss ġrajja simbolika imma wkoll mezz li bih il-ġustizzja ċivili tinġieb aktar qrib iċ-ċittadin.  Skond il-Kummissjoni, ħafna jiddependi mill-gvernijiet nazzjonali u mis-soċjeta' ċivili li jassiguraw li dak li jsir f'dan il-jum ikun ta' siwi biex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jafu aħjar kif taħdem il-ġustizzja u kif huma jiksbu d-drittijiet tagħhom.
Għaldan l-għan, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ta' l-Ewropa diġa ħasbu biex, fost ħwejjeġ oħra, joħolqu websites u portals fuq il-European Judicial Network b'tagħrif dwar liġijiet u prattika legali fl-Istati Membri, kif ukoll dwar il-liġijiet tal-Komunita' u dawk internazzjonali.
Għaldin s-sena l-ħsieb tal-Kummissjoni Ewropea hu li, minn naħa tagħha, torganizza kuntatti permezz ta' l-Internet biex tinforma li kull min tinteressah il-politika tal-Komunita' dwar dan l-ispazju għal ġustizzja ċivili, u biex il-Kummissjoni tkun taf dwar dak li jixtieq il-pubbliku.
Il-programmgħal dan il-jum tħejja minn CEPEJ u minn rappreżentant tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea.  Dan il-programm għandu jkun adottat minn CEPEJ f'Diċembru li ġej.  Sadattant jista' jservi biex Stati membri jimxu miegħu jekk ikunu jixtiequ jorganizzaw attivitajiet matul l-aħħar ġimgħa ta' Ottubru 2003.
F'Malta,il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern, flimkien mad-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja, ser jorganizza l-attivitajiet li ġejjin biex ifakkar dan il-jum: taħdita pubblika mir-Rev. Prof. P. Serracino Inglott, b'introduzzjoni mill-Onor. Dott. C. Carmelo Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru msemmi, fil-bini tal-Qorti, Triq ir-Repubblika, Valletta, fid-29 ta' Ottubru, 2003, fis-6.00p.m.   It-taħdita tittratta, fost l-oħrajn, is-sehem tal-Kunsill ta' l-Ewropa fil-qasam tal-ġustizzja u aspetti rilevanti tal-kostituzzjoni ewropea.  Taħdita simili ser issir ukoll f’Għawdex minn kelliem ieħor.  L-istudenti tal-liġi membri ta' ELSA ser jorganizzaw moot court fil-31 ta' Ottubru, fil-Qrati tal-Ġustizzja, Valletta, b'temi dwar l-interessi tal-minuri u s-suċċessjoni.  Ser ikun hemm ukoll open day fil-Qrati fil-31 ta' Ottubru, fil-għodu.
Il-pubbliku,professjonisti u studenti huma ġentilment mistiedna biex jattendu għal dawn l-attivitajiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow