Left arrow Mur Lura

Għeluq is-Sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni dwar is-Sigurta' ta’ l-Ikel

pr1217
Date Icon 16/10/2003
Il-ħarsienu s-sigurtà fil-produzzjoni u l-konsum ta’ l-ikel f’Malta huma fuq l-istess livell ta’ dawk f’pajjiżi Ewropej.  Dan huwa garantit bl-osservanza tal-Liġi dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel li daħlet fis-seħħ f’Settembru 2002.
Danqalu l-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Louis Deguara, meta kien qiegħed ikellem lill-istampa fl-okkażjoni ta’ l-ewwel sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel.
Il-bżonnta’ ħarsien rigoruż fis-settur ta’ l-ikel kiber riċentement minħabba d-diversi theddid ta’ mard li bosta pajjiżi kellhom jiffaċċjaw f’dawn l-aħħar snin.  Dan wassal biex l-Unjoni Ewropea tieħu diversi miżuri u fl-istess ħin talbet lill-pajjiżi membri biex iħaddmu l-prinċipju tal-farm to fork li jfisser li għandu jsir kontroll sħiħ matul il-proċess kollu tal-produzzjoni u l-konsum ta’ l-ikel.  L-Unjoni Ewropea waqfet ukoll il-European Food Safety Authority biex tevalwa r-riskji u eventwalment tikkomunika dwar dawn lill-pajjiżi membri.  Imbagħad ikunu l-pajjiżi membri fuq bażi nazzjonali li jieħdu l-miżuri permezz ta’ kontrolli neċċessarji.
Il-liġidwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel li daħlet fis-seħħ f’Settembru 2002 tipprovdi biex titwaqqaf il-Kummissjoni dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel li issa ilha topera għal dawn l-aħħar tnax-il xahar.  Din l-inizjattiva intlaqgħet tajjeb ferm mill-Unjoni Ewropea u spiss tissemma bħala inizjattiva li pajjiżi oħra għandhom jaddottaw.
Il-Kummissjoni dwar is-Sigurtàta’ l-Ikel hija ffurmata minn membri ex-ufficio, minn diversi dipartimenti fil-Ministeru tas-Saħħa, il-Ministeru għall- Affarijiet Rurali u l-Ambjent, u l-Ministeru tal-Finanzi.  Il-Ministeru tas-Saħħa dehrlu wkoll li kellu japponta wkoll rappreżentant mill-Ministeru tat-Turiżmu.
Id-dmirijiettal-Kummissjoni huma ndikati b’mod ċar fil-Liġi dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel.  Dawn huma estensivi ħafna u hu meħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm ko-ordinament bejn id-diversi dipartimenti nvoluti fil-kontroll tal-kwalità ta’ l-ikel billi: tassigura li fis-suq ma jkunx hawn prodotti b’suspett li jistgħu jikkawżaw dannu għall-konsumatur; tissorvelja fuq ir-regolaturi li jikkontrollaw l-ikel; taċċerta li kullħadd jaderixxi ma l-obbligi li Malta għandha internazzjonalment; tifformola policies dwar is-sigurtà fl-ikel, tagħti pariri lill-Ministru tas-Saħħa u tapprova u tfassal linji gwida dwar is-sigurtà ta’ l-ikel.
L-ewwellaqgħa uffiċjali tal-Kummissjoni nżammet fit-2 ta’ Diċembru 2002.  Sal-lum il-Kummissjoni ltaqgħet 57 darba.  Madankollu l-membri ex-ufficio kien ilhom jiltaqgħu sa minn Ġunju 2001.  Matul din is-sena l-Kummissjoni ħadmet bis-sħiħ fuq xogħol li għandu x’jaqsam mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea: l-aktar fuq tfassil u pubblikazzjoni ta’ liġijiet u regolamenti, laqgħat ma’ uffiċjali mill-Unjoni Ewropea u tfassil ta’ linji gwida għal diversi dipartimenti.
Il-Ministrutas-Saħħa temm billi qal li l-Kummissjoni għandha ħafna xoghol xi twettaq li minnu għandu jiggwadanja kemm il-poplu Malti kif ukoll dawk il-barranin li jiġu fostna.  Il-ħarsien u s-sigurtà ta’ l-ikel għandhom rabta mill-qrib ma’ l-industrija ewlenija tat-turiżmu.  It-turisti meta jiġu fostna jagħmlu paraguni ma’ dak li jsibu f’pajjiżi oħra, u għalhekk huwa ferm importanti li pajjiżna joffri prodott bl-livell ta’ sigurtà bħal dak ta’ pajjiżi oħra.
Bil-liġil-ġdida dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel u l-Kummissjoni għas-Sigurtà ta’ l-Ikel issa għandna l-għodda biex niggarantixxu li kulħadd igawdi minn livelli li nsibu f’ pajjiżi oħra f’dak li jirrigwardja l-preparazzjoni u l-konsum ta’ l-ikel.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow