Left arrow Mur Lura

Jitwettaq fil-prattika l-iżvilupp sostenibbli

pr1214
Date Icon 15/10/2003
Warazjara li ghamel fuq xoghol ta’ kostruzzjoni li qed isir fil-Lukanda Radisson SAS Golden Sands Resort and Spa f’Ghajn Tuffieha, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li fil-proġett tal-bini tal-lukanda f’Għajn Tuffieħa qed jitwettaq il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli billi din il-lukanda qed tinbena fl-istess post fejn qabel kien hemm lukanda oħra.
FrancisZammit Dimech qal li r-Radisson SAS Golden Sands Resort and Spa kienet lukanda oħra Five Star li  se tiżdied mal-lukandi l-oħra ta’ l-istess kategorija u li  qed jattiraw lejhom bejn tmienja u disa’ fil-mija tat-turisti kollha li jżuruna.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li l-bini ta’ dawn il-lukandi qed jagħmilha possibbli li pajjiżna jattira konferenzi kbar fejn min jiġi għalihom, jonfoq madwar tliet darbiet aktar minn turist ordinarju. Fl-aħħar snin kienu qed iżuru pajjiżna għall-konferenzi u l-inċentivi aktar minn 60,000 turist fis-sena, jew madwar erba’ fil-mija tat-turisti kollha li jiġu Malta.
FrancisZammit Dimech qal li l-lukanda Radisson SAS Golden Sands Resort and Spa kienet qed tieħu post lukanda oħra li kienet fost l-ewwel li nbniet meta pajjiżna kien qed jiżviluppa s-settur turistiku. Hu qal li l-lukanda l-antika, l-ewwel ġiet żarmata u tħalla biss il-ġebel. L-azzar u l-ħadid kollu li kien hemm inħareġ minn fuq il-post, ġie ppressat u esportat bħala scrap metal. L-istess sar fejn jidħol l-aluminju. Dan ukoll iżżarma, ġie ppressat u esportat. L-għamara u l-fittings inqalgħu biex jew jintużaw mill-ġdid jew biex ingħataw lil għaqdiet filantropiċi. Il-cable tad-dawl elettriku u tagħmir inħażnu biex jerġgħu jintużaw. Mill-inqas nofs il-ġebel li twaqqa’ intuża mill-ġdid fil-formazzjoni tat-toroq u passaġġi. Dan kien eżerċizzju ta’ riċiklaġġ li juri kif is-settur privat qed jagħti sehmu biex jitnaqqas l-ammont ta’ skart li jmur fil-barrieri. Hekk tqiegħed fil-prattika prinċipju ieħor li jispikka fl-istrateġija tal-Gvern għall-immaniġġjar ta’ l-iskart.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li wara li twaqqgħet il-lukanda l-qadima, f’Awissu beda l-bini proprju tal-lukanda l-ġdida. Hu qal li b’kollox kienu se jinbnew tliet blokki: il-blokk ta’ ġewwa, il-blokk tan-nofs u l-blokk l-aktar qrib lejn l-entratura. Bħalissa qed isir bini fuq l-ewwel u t-tieni blokk. Il-bini ta’ l-aħħar blokk mistenni jibda jitwettaq fil-jiem li ġejjin.
FrancisZammit Dimech enfasizza li fil-bini ta’ din il-lukanda kienu qed jiġu rimpjazzati kmamar  li kien hemm, minħabba li dan il-proġett qed jieħu post lukanda oħra. Li kien qed isir żgur hu titjib tal-prodott biex il-pajjiż ikun jista’ jissodisfa dejjem aktar ix-xewqat ta’ dawk kollha li jżuruna.
Il-Ministrugħat-Turiżmu kellu kliem ta’ tifħir għal Island Hotels Group li beda jopera fl-1987 bix-xiri tal-Bugibba Holiday Complex. Hu qal li fi 15-il sena dan il-grupp fetaħ żewġ lukandi oħra, il-Coastline Hotel u r-Radisson SAS Bay Point Resort, waqqaf l-Island Caterers, xtara 20 fil-mija tad-Dragonara Casino u jmexxi  Restaurant f’tas-Sliema.
FrancisZammit Dimech qal li r-Radisson SAS Golden Sands Resort and Spa hi r-raba’ lukanda li se jiftaħ l-Island Hotels Group. Hu qal li dan il-proġett b’investiment ta’ Lm10 miljun se joħloq 250 impjieg u mistenni jkun inawgurat f’Ġunju ta’ l-2005.
Il-Ministrugħat-Turiżmu irringrazzja lid-diretturi ta’ l-Island Hotels Group għall-fiduċja li qed juru f’pajjiżna. Hu qal li kienu imprendituri bħal dawn li bnew l-akbar settur ekonomiku f’pajjiżna, li kienu qed joħolqu eluf ta’ impjiegi u jiġbdu lejn pajjiżna munita barranija biżżejjed biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tiżviluppa u nimxu ’l quddiem.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow