Left arrow Go Back

132 SENA MIT-TWELID TA’ DUN KARM

pr1213
Date Icon 15/10/2003
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea attenda attivita’ li saret fl-iSkola Sekondarja Dun Karm Psaila ta’ Ħaż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-132 anniversarju mit-twelid tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm.
Waqtdin l-attivita’ l-istudenti ta’ din l-iskola qraw biografija qasira tal-poeta kif ukoll diversi poeżiji li kien kiteb.  Il-Kap ta’ l-iskola spjega għaliex l-iskola għażlet li tikkommemora l-anniversarju tat-twelid ta’ Dun Karm.  Hu qal li dan qed jagħmluħ għax Dun Karm kien persuna li rnexxielu jgħaqqad lill-poplu Malti madwar poezija u innu wieħed, bl-użu ta’ kliem sempliċi.  Dun Karm kien ukoll patrijott li ssielet għad-drittijiet tal-Maltin.
Il-Ministruqal li Dun Karm kien wieħed mill-akbar Maltin li raw il-gżejjer tagħna u ħadem ħafna biex iżomm dak li jagħmilna Maltin:  il-Lingwa Maltija.  Il-Ministru Louis Galea tenna li l-ilsien Malti hu wieħed mill-aktar elementi importanti ta’ l-identita’ tagħna u għalhekk il-Gvern irid ikompli jissalvagwardja u jsaħħaħ l-ilsien Malti b’kull mod.
Il-Kabinettdan l-aħħar approva abbozz ta’ liġi dwar l-ilsien Malti wara ħafna żmien ta’ diskussjoni u konsultazzjoni.  Hu qal li l-liġi ser tagħtina l-għodod u l-istrutturi biex inkomplu nħarsu u nkabbru l-ilsien tagħna, għalina u għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.
Il-Ministruflimkien ma’ numru ta’ studenti, żaru l-monument ta’ Dun Karm li hemm f’Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll il-qabar tal-poeta, li jinsab fiċ-ċimiterju ta’ l-istess lokal.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow