Left arrow Go Back

Laqgħa ma’ studenti li qed jattendU kors ta’ l-ETC  fir-Retail Traineeship Programme

pr1212
Date Icon 15/10/2003
“Il-qasam tal-bejgħ bl-ingrossa ubl-imnut tejjeb l-attivita’ ekonomika tiegħu meta pparagunat mas-sena li għaddiet.  Dan is-settur huwa dominat minn negozji żgħar.  Fil-fatt 83% tal-ħaddiema Maltin jaqilgħu l-għejxien tagħhom min-negozji żgħar f’dan il-qasam.  Il-qliegħ tal-ħaddiema f’dan il-qasam żdied b’aktar minn miljun lira, filwaqt li l-qliegħ ta’ l-azjendi f’dan is-settur tjieb b’madwar 2 miljun lira.
Dinhija statistika li tagħmel kuraġġ meta wieħed iħares lejha b’mod ġenerali.  Jiena iżda konxju li meta tifli din l-istatistika u wieħed iħares lejn verament x’qed jiġri fis-suq tagħna, wkoll insib li minkejja li n-negozju qed jiżdied, tant il-kompetizzjoni qed tiħrax, li l-profittabilita’ mhux bilfors qed tiżdied.  Dan ifisser li għas-settur kummerċjali ta’ bejgħ bl-immnut u bl-ingrossa, filwaqt li qed jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ suq li dejjem qed jikber, qed ukoll jinħolqu sfidi ġodda”.  B’dawn il-kummenti s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo laqqa’ numru ta’ persuni li qed ikunu mħarrġa mill-E.T.C. biex jaħdmu fil-ħwienet permezz tar-Retail Traineeship Programme.
“L-opportunitajiettas-suq qegħdin hemm, iżda llum neħtieġu li nagħmlu negozju iżjed intelliġenti jekk irridu nirbħu f’suq kompetittiv.  Għalhekk, nemmen li neħtieġu taħriġ kontinwu f’kull settur ta’ l-ekonomija tagħna, kemm fl-industrija, kif ukoll, f’dawk is-setturi kummerċjali f’pajjiżna.  Is-suċċess tal-bejgħ bħalissa huwa riżultat tal-prezzijiet irħas li qegħdin noffru, iżda mal-prezzijiet u l-varjeta, irridu naraw li jkollna servizz aħjar.  Ma nistgħux nibqgħu naraw żjieda ta’ nvestiment fil-hwient tagħna u ma narawx ukoll investiment fit-taħriġ ta’ ‘salespersons’ tagħna.  F’pajjiżna għandna nuqqas kbir ta’ salesmen  li verament kapaċi jkunu responsabbli għal xogħlhom, għandna iżjed kaxxiera milli persuni li xogħlhom huwa li jħajjru lill-klijenti jixtru iżjed.  Jekk verament irridu nżidu l-profitabbilita’ tan-negozji tagħna,  nappella li s-sidien ifittxu kif jinvestu wkoll fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom.”
Is-Segretarju Parlamentari Vassalloirringrazzja lil ETC għal din l-inizjattiva u li għarrfet din il-ħtieġa.  “Il-Gvern huwa mpenjat li jagħti taħriġ fl-imprenditorija u nittama li dan l-obbligu, li l-Gvern huwa marbut bih permezz taċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar,  ikun ukoll sodisfatt.  Dan il-kors huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, izda jonqos ħafna iżjed x’nistghu nagħmlu.  L-ETC hija l-organizazzjoni li għandi l-fiduċja fiha li tista’ tgħin u qed nistenna ħafna minnha.”
Is-SegretarjuParlamentari Vassallo appella biex sidien ta’ hwienet ikunu aktar disponibbli biex jilqgħu għandhom dawn l-apprendisti li jkunu qegħdin ifittxu fejn jagħmlu t-taħriġ tagħhom.  “Nawgura wkoll li s-sena li ġejja tkun is-sena ddedikata għat-taħriġ, u rridu naraw li nagħmlu possibbli li taħriġ bħal dan ikun offrut lil min diġa qed jaħdem fil-ħwienet u lil min għad irid japplika għal-liċenzja tan-negozju.”
L-Onor. Edwin Vassallo feraħ lil dawk liissa qegħdin jattendu għal dan it-taħriġ u awguralhom suċċess fit-taħriġ għax-xogħol li għad irid ikollhom.  Is-Segretarju Parlamentari Vassallo temm jgħidilhom li: “L-esperjenza ta’ xogħol f’ħanut hija esperjenza sabiħa. L-importanti huwa li intom thossukom li jimpurtakom mill-klijenti tagħkom daqs li kieku qegħdin tixtru intom.  Il-Klijent mhux xi ħadd li ser tipprova tqarraq bih, iżda persuna li ser tgħinu jsarraf flusu fi prodott u s-servizzi li jixtieq jakkwista.  Qed inkellimkom mill-esperjenza tieghi.  L-isbaħ esperjenza li għandi għalija hija ta’ meta jiena kont naħdem fil-ħanut ta’ missieri”.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow