It-Tieni Attivita` Sportiva tas-St. Vincent De Paule Running Group
pr1205
14/10/2003
| Nhar | is-Sibt, 4 ta` Ottubru 2003 saret t-tieni attivita` sportiva mill-Grupp ta` l-Atletika li twaqqaf is-sena l-ohra bl-isem ta` St Vincent De Paule Running Group. Dan huwa Kumitat imwaqqaf minn fost l-impjegati tar-Residenza San Vincenz De Paule bil-ghan li jrawwem il-hsieb illi l-istil ta` hajja bbazat fuq l-isports huwa l-aqwa mod kif wiehed jghix hajja aktar felici u b’sahhitha. Din il-girja giet organizzata taht l-awspici tal-Malta Amateur Athletic Association. |
| Din | l-attivita` kienet tikkonsisti f’zewg girjiet: l-ewwel wahda kienet Fun Run ta’ 2 km fejn l-atleti grew madwar ir-ring road tar-Residenza. Din l-attivita` kienet miftuha ghal kulhadd u fiha ppartecipaw atleti ta` kull eta`. Fil-fatt, fiha hadu sehem 200 partecipant li l-etajiet taghhom kienu jvarjaw bejn l-erba` snin u s-seba` u sittin sena. L-ewwel erba` subien u l-ewwel erba` bniet ta` taht it-tnax-il sena inghataw trofew, waqt li l-partecipanti l-ohra kollha nghataw tifkira kommemorattiva tal-okkazjoni. Kien hemm ukoll stands ta` ilma, snacks u frott ghall-partecipanti kollha. |
| It-tieni | girja kienet ta` 5 kilometri li bdiet mill-‘gates’ tar-Residenza u ghaddiet minn Triq l-Imdina, Triq Aldo Moro, Marsa Sports Ground, Triq Manwel Dimech, Triq l-Imdina u lura ghat-telgha lejn il-‘gates’ tar-Residenza. F’din il-girja ppartecipaw atleti minn tnax-il sena ’l fuq, u fiha hadu sehem 135 atleta, li kienu jinkludu uhud minn fost l-aqwa atleti lokali. Dawn kienu jvarjaw fl-etajiet minn 12 sa 66 sena. Inghataw ukoll T-Shirt u medalja kommemorattiva tal-okkazjoni lil kull partecipant. |
| Lm30, | Lm15 u Lm10 kienu inkluzi mat-trofew ghall-ewwel, it-tieni u t-tielet premju, kif ukoll xahar ‘membership’ fil-Fitness Planet. Medalja u T-Shirt inghataw lil kull partecipant. |
| Il-lotterija | b’ 44 premju ttellghet minn resident f’San Vincenz De Paule. Il-partecipanti kollha tat-2 km Fun Run u 5 km Race kienu eligibbli li jippartecipaw. |
| Numru | konsiderevoli ta’ atleti grew il-5 km Race bil-kit il-gdid tas-St Vincent De Paule Running Group. Dan huwa ta’ inkoraggiment kbir ghal dan il-Grupp relativament gdid. |
| Il-Premju | Specjali ghall-ewwel ragel u l-ewwel mara li jahdmu fir-Residenza intrebhu minn Anthony Borg (Zurrieq Wolves) u Miriam Cassar (St Vincent De Paule Running Group). Noel Spiteri (Zurrieq Wolves) rebah il-premju ghall-ewwel ragel li jahdem fil-Health Sector. |
| Il-premjijiet | tqassmu mill-Onor. Francis Agius, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali, u ghal din l-attivita’ attendew diversi mistednin distinti. |
| Ir-rebbieha | tal- kategoriji kienu dawn:Males: 40+: Borg Victor; 45+: Saliba Mario; 50+: Camilleri Alfred; 55+: Desira Anthony; 60+: Payne David. |
| Males: | U/20: Galea Kevin; U/19: Dalli Claudio; U/17: Tabone Keith; U/16: Ellul Ian; U/15: Kurt Xerri; U/14: Nolan Michael; U/13: Lungaro Gordon. |
| Females: | 40+: Bailey Louise; 45+: Barbara Lydia; 60+: Scicluna Doris. |
| Females: | U/20: Attard Josanne; U/17: Cortis Joelle; U/14: Cutajar Marouska; U/13: Mifsud Denise. |
| Din | it-tellieqa hija inkluza fil-kalendarju tal-Malta Amateur Athletic Association. L-attivita’ simili li jmiss ser issir fit-2 ta` Ottubru, 2004. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en