STQARRIJA MILL-MINISTERU TA` L-EDUKAZZJONI DWAR IRWEJJAH TA` DRENAGG FL-ISKOLA SAN GUZEPP HADDIEM, IL-MARSA
pr1204
14/10/2003
| Il-Ministeru | ta’ l-Edukazzjoni irċieva ilmenti ta’ riħa qawwija ta’ drenaġġ mit-tfal u l-għalliema ta’ l-iskola San Ġużepp Ħaddiem fil-Marsa. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) għamlu ispezzjonijiet fl-iskola u fil-madwar biex jiġi stabbilit minn fejn ġejja din ir-riħa. Kien stabbilit li r-riħa ta’ drenaġġ ma hix riżultat ta’ problemi fis-sistema ta’ drenaġġ ta’ l-istess skola iżda qed tiġi minn barra l-iskola. |
| Dwar | din il-problema d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni kitbet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma, li hi responsabbli minn dan il-qasam, biex is-sitwazzjoni tiġi investigata u tittieħed l-azzjoni meħtieġa mill-aktar fis. |
| Il-Ministeru | ta’ l-Edukazzjoni javża lill-ġenituri li għandhom ikompli jibgħatu lill-uliedhom l-iskola fejn qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex filwaqt li t-tfal ma jkunux fil-periklu, ikun jista’ jitkompla l-programm edukattiv ta’ l-iskola anke billi fejn hemm bżonn, jkunu organizzati programmi barra mill-iskola. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en