RIPATRIAZZJONI TA’ IMMIGRANTI ILLEGALI
pr1201
14/10/2003
| Il-Ministeru | tal-Gustizzja u l-Intern jaghmel referenza ghal rapporti li dehru fil-gazzetti lokali illi l-Gvern Taljan kien behsiebu jibghat lejn Malta b’titjiriet ‘chartered’ grupp ta` immigranti llegali li nstabu fl-Italja wara ‘raids’ li saru f’diversi bliet Taljani. Il-Ministeru jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara li saru accertamenti ma’ l-awtoritajiet Taljani, irrizulta li din l-ahbar kienet wahda falza. |
| Huwa minnu illi f’Konferenza Stampa li ta l-Prim Ministru Taljan, | Silvio Berlusconi, huwa rrefera ghal ripatriji li saru lejn diversi pajjizi (mhux Malta biss) ta’ immigranti illegali; izda dan kien jirreferi ghal grupp ta’ 144 persuna li gew mibghuta lura Malta mill-Italja f’Settembru, u li fi zmien gimgha gew mibghuta lura lejn pajjizhom minn Malta. Dawn ma gewx ripatrijati taht il-Ftehim bejn Malta u l-Italja, izda b’decisjoni politika tal-Gvern Malti wara konsultazzjonijiet mal-Gvern Taljan. |
| Ghandu | jinghad illi l-Ftehim tat-8 ta’ Dicembru 2001 jipprovdi diversi restrizzjonijiet qabel ma jkun jista’ jinghad li Malta hija obbligata li taccetta lura immigranti illegali. Fost l-ohrajn, il-Ftehim jipprovdi li jrid ikun hemm prova cara, accettabbli ghall-Gvern Malti, li l-immigrant dahal illegalment fl-Italja direttament minn Malta jew l-ibhra interni (mhux territorjali) Maltin, u illi l-awtoritajiet Taljani ikunu arrestaw lil dik il-persuna fi zmien 40 gurnata mid-data tad-dhul fl-Italja. |
| Ghalhekk | kull kaz jigi studjat ghalih wahdu; u pajjiz ma jistax jaqbad u jibghat ajruplan mimli immigranti illegali minghajr ma l-awtoritajiet Maltin ikunu hadu decizjoni dwar kull kaz ta’ ripatriju. |
| Ghandu | jinghad ukoll illi bis-sahha tal-Ftehim tal-2001, il-Gvern Malti jista’ jibghat “in transit” fl-Italja, persuni mkeccija minn Malta bil-ghan li jigu ripatrijati lejn pajjizhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en