Left arrow Mur Lura

SERVIZZ ĠDID TA’ ĊERTIFIKAZZJONI ISO 9001

pr1199
Date Icon 14/10/2003
Fis-16ta’ Ottubru mad-dinja kollha jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji ta’ l-iStandards.  L-Awtorità Maltija dwar l-iStandards, biex tiċċelebra din l-attività qegħdha tniedi llum servizz ġdid ta’ ċertifikazzjoni ta’ sistemi tal-kwalità jew, kif inhi aħjar magħrufa min kulħadd, ISO 9001.
L-ISO9001 huwa gwida volontarja biex kumpanija jew organizzazzjoni tpoġġi fuq sisien sodi sistema ta’ mmaniġjar tal-kwalità. Dan l-istandard li huwa wkoll standard nazzjonali Malti magħruf bħala MSA ISO 9001 u li ġie ppubblikat għall-ewwel darba fis-sena 1987. Dan huwa l-aktar standard fid-dinja li nbiegħ u l-istess nistgħu ngħidu hawn Malta.  Biex wieħed jikseb dan l-istandard irid jgħaddi minn proċess daqsxejn twil fejn ’l fuq min 250 proposta f’dan li-standard iridu jiġu ndirizzati.
F’Maltabħalissa hawn madwar 250 kumpanija li għanda dan iċ-ċertifikat, l-ewwel waħda kienet ST Microelectronics fis-sena 1993.  In-numru kien ikun akbar kieku f’Malta kellu jkun hawn organizzazzjoni kapaċi tagħti dan iċ-ċertifikat.  Minħabba nuqqas ta’ din l-organizzazzjoni lokali, dawk il-kumpaniji li jridu jġibu dan l-istandard importanti ikollhom jirrikorru għal organizzazzjoni barranija u nsibu joperaw f’Malta organizzazzjonijiet mir-Renju Unit, Italja, Danimarka, Ġermanja, Grecja, Turkija, Belgju, u Awstrija.
Illum,huwa impossibbli għall-kumpaniji lokali li jippenetraw swieq barranin, inklużi dawk Ewropew jekk ma jkollokx iċ-ċertifikazzjoni taħt ISO 9001.  Għall-kumpaniji żgħar huwa impossibli li jġibu dan iċ-ċertifikat għax iridu jħallsu kważi tlett darbiet li jħallsu kumpaniji bħalhom fejn hemm organizzazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni.  Minħabba dan, kumpaniji Maltin qegħdin fi żvantaġġ ma’ kumpaniji simili u kompetituri tagħhom fl-Ewropa.
Minħabbadawn l-iżvantaġġi, l-MSA se tidħol għal din ir-responsabiltà ġdida u mill-aħħar ta’ din is-sena sejra tipprovdi dan is-servizz għall-kumpaniji żgħar Maltin.  Vantaġġi oħra li sejrin igawdu dawn il-kumpaniji huma ta’ lingwa, kemm mitħaddta u miktuba, kif wkoll li ħadd aħjar mill-Maltin ma jista’ jifhem l-ambjent lokali, barra l-fatt li organizzazzjoni Maltija hija dejjem iktar flessibli għall-arranġamenti li kien hemm bżonn isiru.
Tajjebli wieħed jispjega li ċ-ċertifikazzjoni ta’ l-ISO 9001 m’hijiex ħaġa ta’ darba.  Kull kumpanija li tilħaq il-livell rikjest u tingħata ċ-ċertifikat, tkun trid - darba jew darbtejn fis-sena, tiġi eżaminata mill-ġdid biex jiġi assigurat li l-livell li ntlaħaq jibqa’ jinżamm. Huwa wkoll ta’ prestiġju għall-pajjiż li jkun f’pożizzjoni li jipprovdi dan is-servizz għax b’hekk ikun jista’ jattira investiment ġdid. S’issa Malta biss mill-pajjiżi kandidati m’għandiex l-organizzazzjoni tagħha ta’ ċertifikazzjoni.  L-iskop tagħna huwa li ’l quddiem inħarsu barra minn xtutna u nipprovdu dan is-servizz fil-pajjiżi ta’ madwarna.
Biexl-MSA tkun f’pożizzjoni li tipprovdi dan is-servizz, intlaħaq ftehim ma’ organizzazzjoni prominenti Daniża, Dansk, biex dan is-servizz ikun mogħti flimkien magħhom biex fl-istess ħin il-personnel ta’ l-M.S.A. li diġà ngħataw it-taħriġ neċessarju jkomplu jkabbru l-esperjenza tagħhom ma’ din l-organizzazzjoni stabbilita.  Fl-istess ħin, l-MSA sejra tipprovdi taħriġ neċessarju għal dawk il-kumpaniji li jridu jġibu dan iċ-ċertifikat. B’dan is-servizz ġdid, l-Awtorità tkun qegħda tipprovdi s-servizzi kollha fil-qasam tal-kwalità lill-organizzazzjonijiet lokali.  Fi ftit taż-żmien ieħor il-pubbliku ser ikun mistieden biex iżur il-laboratorji li nbnew bil-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow