Left arrow Mur Lura

JUM DINJI GĦALL-ISTANDARDS: Lm200,000 f’investiment għal titjib fil-kwalita'

pr1198
Date Icon 14/10/2003
“Illumil-Malta Standards Authority qed tniedi servizz ġdid ta’ ċertifikazzjoni ta’ sistema ta’ kwalità li hija magħrufa bħala IS0 9001.  Permezz ta’ din il-ħidma, il-Malta Standards Authority, qed tasal biex toffri servizz li s’issa kull min ried japplika għal servizz bħal dan, kellu jirrikorri għall-kumpanija barranija ta’ ċertifikazzjoni.  Min ser jinqeda b’dan is-servizz, issa jista’ jiffranka l-flus u jkollu servizz aħjar minn entità li kapaċi tifhmu iżjed u taqdih aħjar, għaliex hija entità lokali.”
Dawnkienu l-kummenti tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, meta llum, bħala parti mill-Jum Dinji għall-iStandards, ħabbar il-bidu ta’ dan is-servizz ta’ ċertifikazzjoni mill-Malta Standards Authority, li permezz tal-ħidma tagħha, il-Gvern qed jinvesti Lm200,000 sabiex f’pajjiżna jkollna struttura li tgħin lil min qiegħed fl-industrija u l-kummerċ jinvesti fil-kwalità.
Is-SegretarjuParlamentari qal ukoll li fil-jiem li ġejjin ser jiltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ Dipartimenti biex flimkien mal-Malta Standards Authority jiddiskutu l-ħidma li ghandha ssir biex f’pajjiżna ssir kampanja ta’ informazzjoni biex iżjed negozji u industriji jifhmu iżjed il-ħtieġa li jinvestu fil-kwalità.
“Jekkirridu li nibqgħu kompetittivi u ma naqgħux lura, bħala negozji u industriji kif ukoll bħala pajjiż, irridu ninvestu fl-iżvilupp tal-kwalità, kemm fil-manifattura, kif ukoll fis-servizzi tagħna.”  Permezz ta’ dan l-appell, l-Onor. Vassallo għamel enfasi fuq il-ħidma li hija sfida għal kull Dipartiment li għandu servizz x’joffri lil min qiegħed fin-negozju.
“Jekkirridu naraw ukoll il-qabża fil-kwalità ta’ standards, irridu naraw li jkollna d-dixxiplina, iżda mhux l-arroganza.  L-arroganza m’hix dixxiplina, u lanqas hija l-mod ta’ kif nipperswadu lil min qiegħed fin-negozju biex itejjeb il-ħidma tiegħu u ssir il-qabża fil-kwalità.  L-investiment fl-istandards jiswa’ l-flus, u huwa għalhekk li nappella lil kull Dipartiment u Awtorità sabiex joffru s-servizz tagħhom bil-kapaċità li jipperswadu lil kull min qiegħed fin-negozju li kemm-il darba jtejjeb l-istandard tal-kwalità, ser jirnexxilu jagħmel aktar profitti.”
Dwardan l-eżerċizzju ta’ ċertifikazzjoni li llum il-Malta Standards Authority kienet qed tniedi, l-Onor. Edwin Vassallo qal li “Dan l-eżerċizzju ta’ ċertifikazzjoni huwa meħtieġ għall-industriji tagħna. Il-Malta Standards Authority ser tkun qed tipprovdih b’inqas spejjeż. Nittama li issa jkollna numru ta’ industrji li japplikaw għalih biex b’hekk ikunu ċċertifikati li huma qed jilħqu dawn l-istandards ta’ kwalità, li huwa tant meħtieġ kemm għall-esportazzjoni, kif ukoll għal min qiegħed jaħdem għas-suq lokali.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow