Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-KUNSILL EWROPEW FI BRUSSELL

pr1197
Date Icon 14/10/2003
Nharl-Erbgħa 15 ta’ Ottubru, il-Prim Ministru, l-Onor. Eddie Fenech Adami se jkun Brussell fejn se jieħu sehem f’laqgħa tal-Kunsill Ewropew.
Waqtdin il-laqgħa li ġiet imsejħa mill-Presidenza Taljana ta’ l-Unjoni Ewropea, l-Istati membri kif ukoll dawk li se jissieħbu, se jiddiskutu l-iżviluppi mportanti li seħħew fl-Unjoni, kif ukoll żviluppi fuq livell internazzjonali.  Din il-laqgħa se tibda b’Konferenza Intergovernattiva li se tiddiskuti t-Trattat Kostituzzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea.
Għaldin il-laqgħa, il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, John Dalli, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Joe Borg, il-Head Prime Minister’s Secretariat, Richard Cachia Caruana, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi u Ekonomija, Paul Zahra, u Director Policy EU Directorate, John Inguanez.
Qabelma jattendi għal din il-laqgħa, il-Prim Ministru se jkun l-Italja fejn se jieħu sehem f’forum organizzat mill-‘Fondazione Alcide de Gasperi’.  L-ewwel sessjoni tal-forum se jkollha t-tema, ‘L-Unita` politika u żvilupp ta’ l-Ewropa fil-liberta` u s-sigurta’.  It-tieni sessjoni tal-forum se jkollha t-tema, ‘Ir-rwol ta’ l-Ewropa f’postijiet ta’ kriżi, żvilupp u paċi.’  Il-Prim Ministru se jkun wieħed mill-kelliema ewlenin waqt dan il-forum.
Il-PrimMinistru mistenni lura Malta nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow