IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-KUNSILL EWROPEW FI BRUSSELL
pr1197
14/10/2003
| Nhar | l-Erbgħa 15 ta’ Ottubru, il-Prim Ministru, l-Onor. Eddie Fenech Adami se jkun Brussell fejn se jieħu sehem f’laqgħa tal-Kunsill Ewropew. |
| Waqt | din il-laqgħa li ġiet imsejħa mill-Presidenza Taljana ta’ l-Unjoni Ewropea, l-Istati membri kif ukoll dawk li se jissieħbu, se jiddiskutu l-iżviluppi mportanti li seħħew fl-Unjoni, kif ukoll żviluppi fuq livell internazzjonali. Din il-laqgħa se tibda b’Konferenza Intergovernattiva li se tiddiskuti t-Trattat Kostituzzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea. |
| Għal | din il-laqgħa, il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, John Dalli, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Joe Borg, il-Head Prime Minister’s Secretariat, Richard Cachia Caruana, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi u Ekonomija, Paul Zahra, u Director Policy EU Directorate, John Inguanez. |
| Qabel | ma jattendi għal din il-laqgħa, il-Prim Ministru se jkun l-Italja fejn se jieħu sehem f’forum organizzat mill-‘Fondazione Alcide de Gasperi’. L-ewwel sessjoni tal-forum se jkollha t-tema, ‘L-Unita` politika u żvilupp ta’ l-Ewropa fil-liberta` u s-sigurta’. It-tieni sessjoni tal-forum se jkollha t-tema, ‘Ir-rwol ta’ l-Ewropa f’postijiet ta’ kriżi, żvilupp u paċi.’ Il-Prim Ministru se jkun wieħed mill-kelliema ewlenin waqt dan il-forum. |
| Il-Prim | Ministru mistenni lura Malta nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en