Left arrow Go Back

ĠURNATA EWROPEA KONTRA L-ABBUŻ TA’ DROGA

pr1196
Date Icon 14/10/2003
Il-ViċiPrim Ministru u Ministeru għall-Politika Soċjali, l-Onor. Lawrence Gonzi, il-bieraħ fakkar il-Ġurnata Ewropea kontra l-Abbuż tad-Droga f’konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha tnieda rapport biennali ta’ l-Aġenzija Sedqa għas-sentejn 2001 u 2002. Dan ir-rapport jagħti stampa ta’ l-inizjattivi u l-ħidma li wettqet l-Aġenzija Sedqa matul dawn is-sentejn. Fl-istess waqt, l-Aġenzija Sedqa nediet kampanja ta’ għarfien dwar l-abbuż tad-droga billi proponiet li jintlibes ċoff isfar, bħala turija ta’ appoġġ u mpenn kontra dan il-vizzju.
Fil-kummentitiegħu, il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali,  Lawrence Gonzi faħħar lill-Aġenzija Sedqa għall-impenn u l-ħidma mwettqa matul dawn is-sentejn, ħidma li ssarrfet f’numru rekord ta’ interventi mal-klijenti li jitolbu l-appoġġ ta’ din l-Aġenzija. Il-Ministru Gonzi fakkar li f’dan il-qasam l-impenn tas-soċjeta’ ċivili huma essenzjali, u faħħar ix-xogħol kollu li qed jagħmlu numru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi f’dan il-qasam.
“Matuldawn l-aħħar snin impenjajna ruħna sabiex intejbu l-ko-ordinament bejn dawk kollha li joffru servizzi ta’ appogg fil-qasam tal-ħarsien mill-abbuż ta’ droga u l-alkoħol. Dan serva biex ikollna stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni f’pajjiżna ħalli b’hekk inkunu f’pożizzjoni li nfasslu l-programmi u servizzi ta’ appoġġ skond il-bżonnijiet tal-klijenti. Dan ser ifisser ri-orjentament ta’ xi wħud mis-servizzi li jingħataw kemm mill-Aġenzija Sedqa, kif wkoll tas-servizzi offruti minn għaqdiet volontarji li fil-maġġoranza tagħhom huma ffinanzjati mill-Gvern.”
Il-MinistruGonzi tenna li jidher biċ-ċar li qed ikunu reġistrati suċċessi kemm fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga kif wkoll fit-trattament ta’ dawk li qed jersqu jitolbu l-għajnuna. Dan ifisser li l-investiment finanzjarju li qed jagħmel il-Gvern f’dan is-settur huwa investiment xieraq u effettiv. “Madankollu, l-isfida li qed tippreżentalna din il-problema qiegħda aktar ma’ jmur aktar tiħrax, u għaldaqstant il-Gvern ser ikompli jinvesti sabiex jkomplu jikbru l-isforzi ħalli pajjiżna jikkumbatti bis-sħiħ din il-problema li qed tifni numru sostanzjali ta’ familji Maltin”, tenna l-Ministru Gonzi.
Fl-aħħarrapport li ħareg mill-EMCDDA (European Monitoring Centre For Drugs and Drug Addiction) irriżulta li meta kkumparati ras għal ras ma’ pajjiżi oħra Ewropej, Malta għandha l-ogħla ammont ta’ persuni li qed jibbenefikaw minn servizzi ta’ appoġġ. Dan huwa suċċess għaliex juri kemm is-servizzi li qed jiġu offruti huma magħrufa u milħuqa fost dawk li jkollhom bżonnhom. Din hija għatba importanti fit-triq ta’ riabilitazzjoni ta’ dawk li jkunu għaddejjin mid-diffikultajiet ta’ dipendenza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow