Il-produtturi ta’ l-inbid lokali qed jippreparaw bis-serjeta’ għal sħubija fl-Unjoni Ewropea
pr1194
13/10/2003
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jixtieq jirrimarka li kuntrarju għal dak li qal il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant il-bierah, il-Gvern qatt ma qal li r-regolamenti dwar ‘wine labelling’ ta’ l-Unjoni Ewropea mhux se japplikaw għal Malta. Wieħed irid jifhem li dawn huma regolamenti stretti li jiddeterminaw dak li jiġi muri fuq it-tikketta ta’ l-inbid u dan jifhmuh ukoll il-produtturi ta’ l-inbid. |
| L-argument | li l-inbejjed prodotti minn għeneb impurtat ser ikunu żvantaġġati jiddependi fuq kollox mill-kapaċità ta’ l-istess produtturi. Il-Ministeru għandu fiduċja sħiħa fil-kapaċità ta’ dawn il-produtturi u fil-prodotti tagħhom; u f’ħafna każi l-prodott Malti m’għandu xejn inqas minn ta’ ħaddieħor. |
| Il-Kap | ta’ l-Oppożizzjoni, minflok ma jiddubita fil-kapaċità tal-produtturi lokali, għandu jinkoraġġixxi lill-istess produtturi ta’ l-inbid li, flimkien mal-Ministeru, qed jippreparaw bis-serjetà biex iżidu l-produzzjoni ta’ l-għeneb imkabbar f’Malta, u dan sabiex l-inbid li jipproduċu jkollu t-tikketta ‘DOK’ li tfisser Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. B’hekk l-istess produtturi jkollhom għarfien mill-Unjoni Ewropea li l-inbejjed tagħhom huma ta’ kwalità. |
| Impenn | ieħor li daħlu għalih il-produtturi ta’ l-inbid flimkien mal-Ministeru, hu li jkun irduppjat ir-raba’ għad-dwieli; u dan skond il-pjan miftiehem ma’ l-Unjoni Ewropea. Ta’ min isemmi wkoll li għaddej proġett ta’ ġemellaġġ, b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, li permezz tiegħu l-Ministeru qed jibni strutturi biex jagħti appoġġ tekniku lis-settur u ssir ir-riċerka meħtieġa fuq varjetajiet lokali. |
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni | jidher li għadu maqbud mal-passat u minkejja d-diskors li l-Partit Laburista jrid jirrispetta d-deċiżjoni tal-poplu favur l-Unjoni Ewropea, fl-istess ħin ma jitlifx okkażjoni biex jiżra’ dubji dwar il-kapaċità tal-poplu Malti, li jirnexxi fir-realtà ġdida ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministeru | japprezza u jifhem l-isfidi li għandu quddiemu s-settur, u kif jistgħu jixhdu l-istess produtturi, dejjem fittex l-interessi tagħhom. Dan kien konfermat ukoll fil-laqgħat li kellu f’Malta l-Kummissarju Ewropew Fischler, li matulhom kienu diskussi punti importanti dwar il-futur tas-settur ta’ l-inbid fl-Unjoni Ewropea. Bħalma qal il-Kummissarju Fischler, il-Gvern Malti hu konvint mill-kapaċitajiet tal-produtturi u l-kwalità ta’ l-inbid lokali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en