IL-MINISTRU JOE BORG JATTENDI L-10 LAQGHA REGOLARI TAL-MINISTRI TA` L-AFFARIJIET BARRANIN TAL-FORUM MEDITERRANJU
pr1192
10/10/2003
| Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, l-Onor. Joe Borg attenda l-10 | Laqgha Regolari tal-Ministri ta` l-Affarijiet Barranin tal-Forum Mediterranju li saret gewwa Antalya, it-Turkija bejn id-9 u l-10 ta’ Ottubru 2003. Matul din il-laqgha il-Ministri ddiskutew diversi aspetti tas-sitwazzjoni fir-regjun kif ukoll inizjattivi li ttiehdu mill-Forum. |
| Fid-diskussjoni taghhom dwar il-kapitlu Politiku, | il-Ministri ddiskutew, fost ohrajn il-fenomenu tal-kriminalita’ organizzata, it-traffikar tad-droga, il-glieda kontra t-terrorizmu, il-kreazzjoni ta’ Assembleja Parlamentari ghall-process Euro-Mediterranju u l-laqgha Ministerjali ta’ l-istess process li ghanda ssir gewwa Napli fil-bidu ta’ Dicembru. Il-Ministri kellhom wkoll diskussjoni estensiva dwar il-kapitlu ekonomiku u dak kulturali u socjali. Fuq l-agenda tal-kapitlu ekonomiku kien hemm diskussjoni dwar il-konsegwenzi ekonomici tal-11 ta’ Settembru, il-kreazzjoni ta’ Bank Euro-Mediterranju u t-trattati bilaterali li jipprovdi ghall-kummerc hieles. Fid-diskussjonijiet taghhom dwar il-kapitlu kulturali u socjali, l-Ministri esprimew l-appogg taghhom ghall-kreazzjoni ta’ Fondazzjoni Euro-Mediterranju ghal-djalogu fuq il-kulturi, ezaminaw is-sitwazzjoni rigward il-moviment tal-persuni (inkluza l-immigrazzjoni legali u illegali) u wrew l-apprezzament taghhom ghad-diversi mizuri li ttiehdu biex tizdied l-vizibilita’ tal-Forum. Flimkien ma’ pajjizi ohra, Malta offriet li tospita din il-Fondazzjoni meta tkun stabbilita. |
| Matul iz-zjara tieghu f’Antalja l-Ministru Borg u | l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Tork Abdullah Gul iffirmaw zewg trattati. Dawn it-trattati jirrigwardaw il-protezzjoni ta’ l-investiment u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni tad-djalogu politiku bejn iz-zewg pajjizi. |
| Il-Ministru Borg kellu wkoll laqghat bilaterali ma’ | diversi Ministri prezenti ghal din il-laqgha. |
| Fil-laqgha tieghu mas-Segretarju ta’ l-Istat | Tunezin, Hatem Ben Salem, iz-zewg nahat ddiskutew, fost ohrajn, inizjattivi bilaterali ghal beneficcju taz-zewg nahat, is-Summit tal-process hekk imsejjha ‘5+5’ li ser isir f’Tunez fl-ewwel gimgha ta’ Dicembru u l-Process Ewro-Mediterranju. Iz-zewg Ministri qablu illi din is-sensiela ta’ laqghat fl-ghola livell, fi zmien daqshekk ristrett, ghandhom jaghtu spinta ’l quddiem lir-regjun u lil kooperazzjoni bejn il-pajjizi tal-Mediterran. |
| Fil-laqgha separata mal-Ministru ta` l-Affarijiet | Barranin Tork, giet diskussa b’mod partikulari s-sitwazzjoni gewwa l-Iraq in vista tad-decizjoni tal-Gvern Tork illi jibghat it-truppi tieghu biex jghinu fir-rikostruzzjoni ta’ l-Iraq u s-sitwazzjoni kritika fil-Lvant Nofsani u l-Process tal-Paci. Fuq il-front bilaterali z-zewg Ministri iddiskutew l-adezjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea s-sena d-diehla, il-process li ghandu jwassal eventwalment ghall-adezjoni tat-Turkija fl-istess Unjoni kif ukoll ir-relazzjonijiet eccellenti, kemm politici kif ukoll dawk ekonomici, bejn iz-zewg pajjizi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en