Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO DWAR L-OPPORTUNITAJIET FIS-SUQ TAGĦNA

pr1191
Date Icon 10/10/2003
“Is-suq għandu jkun analizzat kemm mill-operaturili diġa’ nvestew fih kif ukoll minn dawk li għad iridu jinvestu u minn dawk li jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw is-suq. Kull deċiżjoni, kull investiment, jista’ jkollhom effetti li jnaqqsu l-opportunitajiet tas-suq.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Edwin Vassallo meta kien qed jitkellem dwar rapport ta’ statistika miġbura biex toffri stampa ta’ suq kif ukoll is-saħħa finanzjarja tal-konsumatur Malti u Għawdxi.
Għal ewwel darba ġiet miġbura statistikabil-ħsieb li tqanqal diskussjoni ta’ analiżi lejn kif qed imur il-bejgħ, f’hiex jikkonsisti n-negozju ta’ pajjiżna u għaldaqstant tkun imkejjla s-saħħa ta’ l-infieq fis-suq Malti.
Fost l-istatistika li toħroġ minn dan ir-rapportwieħed isib li:
Fis-sena 2000 id-dħul disponibbli totali tal-familjiMaltin laħħaq madwar Lm1,050 miljuni jew inkella medja ta’ Lm8,202 għal kull familja, u Lm2,722 huwa l-medja tad-dħul għal kull persuna. Dan ifisser li jekk il-Maltin jonfqu kull ma jibqagħlhom wara t-taxxi, l-potenzjal tas-suq Malti fis-sena 2000 kien ta’ madwar Lm1,050 miljuni. Ma dan ikun irid jiżdied l-infieq tal-Gvern u l-infieq tal-barranin fuq oġġetti tal-konsum f’Malta. Hekk wieħed ikollu b’mod komplet is-suq tal-konsum Malti.
L-iżjed li hawn infieq fis-suq Malti huwa fuq l-ikel,xorb u tabakk li jlaħħaq 23.9% tan-nefqa totali fis-sena, filwaqt li l-inqas nefqa hija fuq is-saħħa fejn in-nefqa hija ta’ 3.0.%
Is-sena li għaddiet (2002), il-poplu Malti nefaqLm1,084 miljun f’oġġetti tal-konsum.
Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, l-konsumtal-poplu Malti jlaħħaq Lm525 miljuni, l-istess livell tas-sena li għaddiet. Din is-sena jidher li l-infieq żdied fuq oġġetti ta’ l-ikel, xorb u tabakk, għamara w oġġetti għad-dar, kif ukoll l-infieq fuq is-saħħa u l-kura personali u l-oġġetti u servizzi marbuta mat-trasport u komunikazzjoni, l-konsumatur Malti naqqas l-ispiża fuq il-ħwejjeġ u żraben u fuq oġġetti u servizzi ta’ rikreazzjoni.
Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena l-importazzjonita’ oġġetti għall-konsum żdied b’aktar minn 10 miljun lira
Ir-rata ta l-inflazzjoni niżlet għal 1.14 %, lihija l-inqas livell għal numru ta’ snin. Dan ifisser li b’mod ġenerali, l-kompetizzjoni fin-negozji u t-tneħħija tal-levies irnexxilha żżomm il-prezzijiet irħas u kien hemm trażżin fiż-żieda tal-prezzijiet.
Dwar din l-istatistika u statistika oħra li hijamiġbura f’dan ir-rapport, s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ikkummenta dwar is-suq Malti bħala suq li għaddej minn bidliet kbar. Minkejja kull ma ġara fis-suq internazzjonali u l-għalżliet li kellu jgħaddi minnhom il-poplu Malti, s-suq baqa’ joffri opportunitajiet tajbin għax-xiri.
"Il-kompetizzjoni rnexxielha trażżaniż-żieda fil-għoli tal-prezzijiet. Żgur li dan huwa ta’ vantaġġ għall-konsumatur, iżda jindika wkoll li min qiegħed fin-negozju jrid jitħabat biex iżomm il-profitabbilita’ tiegħu u għalhekk neħtieġu nagħtu iżjed kas ta’ l-innovazzjoni f’kull settur tas-suq tagħna."
Dwar il-manifattura lokali, l-Onor. Vassallo qal “iż-żiedata’ l-importazzjoni speċjalment fl-għamara kienet kawża ta’ tneħħija tal-levies, rajna ħafna manifatturi wkoll jimportaw. Qed nistennew iżda li s-sena li ġejja l-manifattura ta’ l-għamara lokali tmur aħjar. Id-diversifikazzjoni fl-infieq u l-bidla ta’ trends fid-domanda tal-konsumatur iridu jkunu kontinwament analizzati. Rapport bħal dan huwa ntenzjonat li jgħin li min jagħmel din l-analiżi biex jifhem aħjar l-imġieba tas-suq lokali li huwa vulnerabbli għal kull ċaqlieqa kemm fis-swieq oħra tal-viċin kif ukoll għal deċiżjonijiet meħudha. L-opportunitajiet qegħdin hemm, daqshekk ieħor l-isfidi jeħtieġ li narmaw biex nilqgħu għal dawn l-isifidi u naraw li jkollna suq li joħolq iżjed impjiegi u jiġġenera iżjed negozju. Dan huwa l-impenn tal-Gvern li flimkien ma’ min qed jinvesti fis-suq inkomplu ngħollu l-livell tal-kwalita ta’ servizz, prodott u attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-konsumatur.”
Din il-konferenza stampa kienet mogħtijamis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo f’negozju f’Ta’ Sliema waqt żjara li kien qed jagħmel fil-ħwienet ta’ dik il-lokalita’ bħala parti minn prgramm ta’ konsultazzjoni mas-setturi mprenditorali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow