IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO DWAR L-OPPORTUNITAJIET FIS-SUQ TAGĦNA
pr1191
10/10/2003
| “Is-suq għandu jkun analizzat kemm mill-operaturi | li diġa’ nvestew fih kif ukoll minn dawk li għad iridu jinvestu u minn dawk li jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw is-suq. Kull deċiżjoni, kull investiment, jista’ jkollhom effetti li jnaqqsu l-opportunitajiet tas-suq.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Edwin Vassallo meta kien qed jitkellem dwar rapport ta’ statistika miġbura biex toffri stampa ta’ suq kif ukoll is-saħħa finanzjarja tal-konsumatur Malti u Għawdxi. |
| Għal ewwel darba ġiet miġbura statistika | bil-ħsieb li tqanqal diskussjoni ta’ analiżi lejn kif qed imur il-bejgħ, f’hiex jikkonsisti n-negozju ta’ pajjiżna u għaldaqstant tkun imkejjla s-saħħa ta’ l-infieq fis-suq Malti. |
| Fost l-istatistika li toħroġ minn dan ir-rapport | wieħed isib li: |
| Fis-sena 2000 id-dħul disponibbli totali tal-familji | Maltin laħħaq madwar Lm1,050 miljuni jew inkella medja ta’ Lm8,202 għal kull familja, u Lm2,722 huwa l-medja tad-dħul għal kull persuna. Dan ifisser li jekk il-Maltin jonfqu kull ma jibqagħlhom wara t-taxxi, l-potenzjal tas-suq Malti fis-sena 2000 kien ta’ madwar Lm1,050 miljuni. Ma dan ikun irid jiżdied l-infieq tal-Gvern u l-infieq tal-barranin fuq oġġetti tal-konsum f’Malta. Hekk wieħed ikollu b’mod komplet is-suq tal-konsum Malti. |
| L-iżjed li hawn infieq fis-suq Malti huwa fuq l-ikel, | xorb u tabakk li jlaħħaq 23.9% tan-nefqa totali fis-sena, filwaqt li l-inqas nefqa hija fuq is-saħħa fejn in-nefqa hija ta’ 3.0.% |
| Is-sena li għaddiet (2002), il-poplu Malti nefaq | Lm1,084 miljun f’oġġetti tal-konsum. |
| Bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, l-konsum | tal-poplu Malti jlaħħaq Lm525 miljuni, l-istess livell tas-sena li għaddiet. Din is-sena jidher li l-infieq żdied fuq oġġetti ta’ l-ikel, xorb u tabakk, għamara w oġġetti għad-dar, kif ukoll l-infieq fuq is-saħħa u l-kura personali u l-oġġetti u servizzi marbuta mat-trasport u komunikazzjoni, l-konsumatur Malti naqqas l-ispiża fuq il-ħwejjeġ u żraben u fuq oġġetti u servizzi ta’ rikreazzjoni. |
| Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena l-importazzjoni | ta’ oġġetti għall-konsum żdied b’aktar minn 10 miljun lira |
| Ir-rata ta l-inflazzjoni niżlet għal 1.14 %, li | hija l-inqas livell għal numru ta’ snin. Dan ifisser li b’mod ġenerali, l-kompetizzjoni fin-negozji u t-tneħħija tal-levies irnexxilha żżomm il-prezzijiet irħas u kien hemm trażżin fiż-żieda tal-prezzijiet. |
| Dwar din l-istatistika u statistika oħra li hija | miġbura f’dan ir-rapport, s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ikkummenta dwar is-suq Malti bħala suq li għaddej minn bidliet kbar. Minkejja kull ma ġara fis-suq internazzjonali u l-għalżliet li kellu jgħaddi minnhom il-poplu Malti, s-suq baqa’ joffri opportunitajiet tajbin għax-xiri. |
| "Il-kompetizzjoni rnexxielha trażżan | iż-żieda fil-għoli tal-prezzijiet. Żgur li dan huwa ta’ vantaġġ għall-konsumatur, iżda jindika wkoll li min qiegħed fin-negozju jrid jitħabat biex iżomm il-profitabbilita’ tiegħu u għalhekk neħtieġu nagħtu iżjed kas ta’ l-innovazzjoni f’kull settur tas-suq tagħna." |
| Dwar il-manifattura lokali, l-Onor. Vassallo qal “iż-żieda | ta’ l-importazzjoni speċjalment fl-għamara kienet kawża ta’ tneħħija tal-levies, rajna ħafna manifatturi wkoll jimportaw. Qed nistennew iżda li s-sena li ġejja l-manifattura ta’ l-għamara lokali tmur aħjar. Id-diversifikazzjoni fl-infieq u l-bidla ta’ trends fid-domanda tal-konsumatur iridu jkunu kontinwament analizzati. Rapport bħal dan huwa ntenzjonat li jgħin li min jagħmel din l-analiżi biex jifhem aħjar l-imġieba tas-suq lokali li huwa vulnerabbli għal kull ċaqlieqa kemm fis-swieq oħra tal-viċin kif ukoll għal deċiżjonijiet meħudha. L-opportunitajiet qegħdin hemm, daqshekk ieħor l-isfidi jeħtieġ li narmaw biex nilqgħu għal dawn l-isifidi u naraw li jkollna suq li joħolq iżjed impjiegi u jiġġenera iżjed negozju. Dan huwa l-impenn tal-Gvern li flimkien ma’ min qed jinvesti fis-suq inkomplu ngħollu l-livell tal-kwalita ta’ servizz, prodott u attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-konsumatur.” |
| Din il-konferenza stampa kienet mogħtija | mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo f’negozju f’Ta’ Sliema waqt żjara li kien qed jagħmel fil-ħwienet ta’ dik il-lokalita’ bħala parti minn prgramm ta’ konsultazzjoni mas-setturi mprenditorali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en