Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TONIO BORG JILTAQA` MA’ NICK RAYNSFORD, MINISTRU TA’ L-ISTAT GHALL-GVERN LOKALI U TAR-REGJUNI TAR-RENJU UNIT

pr1188
Date Icon 10/10/2003
Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg kellu laqghaufficjali mal-Ministru ta’ l-Istat u l-Gvern Lokali u tar-Regjuni tar-Renju Unit Nick Raynsford. Il-Ministru Raynsford huwa l-mistieden ewlieni tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern ghall-Konferenza Nazzjonali  ‘10 Snin ta’ Demokrazija Lokali – It-Triq Quddiemna’ li ser tigi organizzata il-Gimgha 10 ta’ Ottubru biex tfakkar l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.
F’kelmtejn, il-Ministru Borg ta merhba f’Malta lill-MinistruRaynsford u d-delegazzjoni li qed takkumpanjah li tinkludi ufficjal mill-Ufficcju tad-Deputat Prim Ministru u kunsilliera li jirraprezentaw lill-partiti ewlenin tar-Renju Unit. Huwa qal li din is-sena jahbat l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta. Huwa spjega kif ghall-ewwel kien hemm certu riservi dwar il-Kunsilli Lokali u kien hemm dibattitu dwar jekk kellhomx isiru Kunsilli regjonali. Il-Gvern kien ha d-decizjoni li jkun hemm kunsill ghal kull belt u rahal ghax kien jaf li minkejja c-cokon ta’ Malta u l-fatt li hafna bliet u rhula huma vicin, u xi kultant imissu ma’ xulxin, tezisti diversita` ghax kull belt u rahal ghandhom htigijiet diversi.
Iz-zmien wera kemm din id-decizjoni kienet ghaqlija. Wara certuperjodu ta’ xetticizmu, illum kulhadd jaqbel mal-htiega tal-kunsilli tant li hemm qbil bejn it-tlett partiti li hawn fil-pajjiz li kollha huma rapprezentati f’xi kunsill. Dan il-kunsens bejn il-partiti politici wassal biex il-kunsilli nghataw gharfien legali u llum jiffurmaw parti mill-oghla ligi tal-pajjiz, il-Kostituzzjoni.
Matul il-laqgha, iz-zewg ministri responsabbli mill-gvern lokalital-pajjizi rispettivi taghhom iddiskutew kif tista` tikber il-kollaborazzjoni bejn iz-zewg pajjizi fl-oqsma ta’ gvern lokali, inkluz il-possibilita` li segretarji ezekuttivi lokali jinghataw tahrig fl-Ingilterra. Fil-laqgha z-zewg ministri accennaw ukoll ghal programmi ta’ town twinning bejn bliet u rhula miz-zewg pajjizi u kif dan jista’ jghin biex ikun hemm bdil ta’ idejat f’oqsma bhal edukazzjoni, kultura u sport.  Bhalissa f’Malta hawn 37 kunsill li ghandu twinning ma’ bliet u rhula madwar id-dinja, izda huma ftit dawk li ghandhom twinning ma’ bliet u rhula fir-Renju Unit.
Id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ukoll kien fuq l-agendatal-laqgha. Huwa fatt maghruf li l-Unjoni Ewropea toffri sors ta’ fondi ghall-progetti ta’ gvernijiet lokali u l-esperjenza tar-Renju Unit, specjalment ta’ l-Irlanda, ghandha tghin mhux ftit lill-kunsilli Maltin jiksbu dan il-finanzjament.  Fil-fatt kelliema mistiedna ghall-Konferenza Nazzjonali ‘10 Snin ta’ Demokrazija Lokali – It-Triq Quddiemna’ li ser tigi organizzata il-Gimgha 10 ta` Ottubru ser jitkellemu proprju dwar l-effett pozittiv li l-Unjoni Ewropea halliet fuq il-gvernijiet lokali fir-Renju Unit.
Materji ohra li gew diskussi kienu il-Konvenzjoni Ewropeab’referenza ghall-Agenda Regjonali, l-istrutturi regjonali ezistenti fil-Kunsill ta’ l-Ewropa u anki l-infurzar tal-ligijiet.
Il-Ministru Borg ghalaq billi qal li l-Konferenza Nazzjonali sertaghti l-opportunita` li niflu dak li ghamilna f’dawn l-ahhar snin u flimkien, sindki, kunsilliera, segretarji ezekuttivi u rapprezentanti minn dipartimenti tal-Gvern jiddiskutu l-futur. Il-Ministeru, tenna l-Ministru Tonio Borg, ser jisma u jiehu nota biex imbaghad b’konsultazzjoni ma’ l-Oppozizzjoni, jaghmel it-tibdil mehtieg fil-Ligi biex jigi zgurat futur mimli hidma mill-kunsilli, ghall-gid tas-socjeta` Maltija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow