Ippreżentat it-Tourism Journalist of the Year Award
pr1182
09/10/2003
| Meta | kien qed jipprezenta t-Tourism Journalist of the Year Award lis-Sur Julian C. Zarb, il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech, qal li l-ġurnalisti għandhom sehem importanti x’jagħtu fl-iżvilupp tas-settur turistiku. Hu qal li kien b’dan l-iskop li l-Ministeru kien nieda t-Tourism Journalist of the Year Award, li jingħata kull sena lil dak il-ġurnalist li minflok jikteb mill-ġdid stqarrijiet għall-istampa li jkunu ħarġu, jagħżel li jikteb stejjer aktar investigattivi li jidħlu fil-fond tas-suġġett. |
| Francis | Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir jinnota li diversi newsrooms illum għandhom ġurnalisti li jispeċjalizzaw f’suġġetti partikolari. Hu qal li ma kienx hemm dubbju li, minħabba l-importanza ekonomika li t-turiżmu għandu għal pajjiżna, hemm diversi ġurnalisti li qed jispeċjalizzaw f’dan is-suġġett. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir jinnota wkoll li l-gazzetti kienu qed jagħtu dejjem aktar spazju lis-settur turistiku. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li fi ħdan il-Ministeru twaqqaf panel, presedut minn Dr Clare Thake Vassallo, li kien isegwi x’jinkiteb fil-ġurnali tul sena sħiħa biex jiddeċiedi min qed jagħti l-aħjar kontribut permezz tal-kitba tiegħu lis-settur turistiku. |
| Francis | Zammit Dimech qal li t-turiżmu kien jagħmel il-headlines. Iżda f’dawn l-aħħar żminijiet qiegħed aktar fuq fomm kulħadd bejn għaliex qed jikkontribwixxi parti dejjem akbar għall-ekonomiji ta’ diversi pajjiżi, inkluża dik tagħna, u anke minħabba diversi attakki terroristiċi li seħħu, il-gwerra fl-Iraq u l-marda tas-Sars li lkoll affettwaw dan is-settur. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech qal li l-Ingliżi għandhom qawl li jgħid ‘every cloud has a silver lining’. Aħna ngħidu li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Hekk is-settur turistiku. Dan kapaċi joħroġ minn kull kriżi aktar b’saħħtu u f’qasir żmien. Huwa fakkar li wara sentejn li fihom naqsu n-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna, wara li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kellna wkoll telf ta’ turisti, jekk inqabblu n-numri ma’ dawk ta’ l-istess perijodu s-sena l-oħra, minn April ’l hawn bdejna nirpiljaw biex sa’ Lulju li għadda, kien hemm żieda ta’ tlieta fil-mija fin-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna u żieda ta’ kważi tmienja fil-mija fid-dħul fl-ewwel sitt xhur fuq l-istess sitt xhur tas-sena l-oħra. Hu qal li, għalkemm is-settur turistiku hu wieħed volatili ħafna, anke minħabba li qed jiżdiedu dejjem aktar dawk li jibbukkjaw fl-aħħar, jirriżulta li għal bqija tas-sena – jekk ma jinqala’ xejn li jbiddel ix-xejra – se nżommu ż-żieda li kellna fl-aħħar sitt xhur. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li għal darb’oħra l-panel għażel lil Julian C. Zarb bħala Tourism Journalist of the Year. Hu qal li Julian C. Zarb diġà ngħata dan il-premju fis-sena 2000, iżda minħabba l-kitba tiegħu dwar id-diversi aspetti tas-settur turistiku kien deċiż li jkun hu li jerġa’ jingħata dan il-premju. Francis Zammit Dimech qal li Julian, minbarra mill-kitba tiegħu f’żewġ ġurnali Maltin – Il-Mument u The Times – kien ukoll il-fundatur tal-Malta Tourism Society li jżid mad-dedikazzjoni ta’ dan il-ġurnalist għas-settur turistiku. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li bħas-snin l-imgħoddija dan il-ġurnalist se jingħata l-opportunità li jżur il-World Travel Market li jinżamm kull sena f’Londra fejn jipparteċipaw aktar minn 30,000 membru mis-settur ta’ l-ivjaġġar. Hu qal li din hi attività li tiffoka fuq id-destinazzjonijiet turistiċi tas-sena li ġejja u fuq xejriet ġodda fis-settur ta’ l-ivvjaġġar. Hu qal li Malta kienet wieħed mill-177 pajjiż li jipparteċipaw fil-World Travel Market kull sena. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech awgura lil Julian Zarb għall-award li ngħata filwaqt li appella biex aktar ġurnalisti jiffukaw fuq it-turiżmu li huwa wieħed mis-setturi ewlenin ta’ l-ekonomija nazzjonali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en