Left arrow Mur Lura

L-ewwel Ambaxxatur ta’ Malta għall-Islanda

pr1178
Date Icon 08/10/2003
Nhar il-Ġimgħa, 3 t’Ottubru, l-Ambaxxatur Carmel J. Aquilinaippreżenta l-kredenzjali tiegħu bħala l-ewwel Ambaxxatur ta’ Malta għall-Islanda, lill-President Olafur Ragnar Grimsson f’Reykjavik. L-Ambaxxatur Aquilina, li hu residenti f’Copenhagen, kien akkumpanjat mis-sinjura Aquilina, is-sur Stephen Borg, Kunsillier fl-Ambaxxata, u mill-Konslu Onorarju ta’ Malta f’Reykjavik, is-sur Bjarne Stefansson.
Fil-laqgħa mal-President Grimsson, wara l-preżentazzjonital-kredenzjali, ġew diskussi l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi fid-diversi oqsma, il-futur ta’ Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-rwol tal-pajjiżi ż-żgħar fil-politika reġjonali u internazzjonali.
Matul iz-żjara tiegħu f’Reykjavik, l-AmbaxxaturAquilina kellu wkoll diversi taħdidiet ma’ uffiċċjali għolja fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, dak tat-Trasport, Turiżmu u Telekommunikazzjonijiet, fil-Ministeru ta’ l-Ambjent u Koperazzjoni Nordika, kif ukoll mal-Kamra tal-Kummerċ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow