Left arrow Mur Lura

IL-KWISTJONI TAT-TRASPORT TAT-TFAL TA’ L-ISKEJJEL F’GHAWDEX

pr1176
Date Icon 08/10/2003
Il-Ministeru ghalGhawdex irid jiccara l-pożizzjoni tieghu fir-rigward tal-kwistjoni tat-trasport tat-tfal ta’ l-iskejjel f’Ghawdex.
Din il-kwistjoninholqot wara li l-Gozo Bus Owners’ Association talbet li jiżdied il-hlas ghal kull vjagg li jsir f’Ghawdex. Fl-1996 kien intlahaq ftehim fejn, fost affarijiet ohra, kien intqal li l-operaturi f’Ghawdex ghandhom jithallsu l-istess bhall-operaturi ta’ l-inqas distanzi f’Malta u allura Lm3.10c ghal kull vjagg. L-istess ftehim kien jistipola li ghandha tinghata l-istess żieda lill-operaturi f’Ghawdex skond dik li tinghata lill-operaturi ta’ l-inqas distanzi f’Malta minn żmien ghal żmien. Minn dak inhar ‘l hawn, dan il-hlas żdied minn Lm3.10 ghal Lm3.85c  kull vjagg.
Il-Ministeru ghalGhawdex qabel mat-talba tal-Gozo Bus Owners’ Association li s-sidien jinghataw żieda. Id-diskussjonijiet twalu peress li mill-banda l-ohra, is-sidien talbu li minn din is-sena, jithallsu Lm5.27c  kull vjagg bhalma jithallsu x-xarabanks f’Malta ghal vjaggi iktar twal – dawk il-vjaggi li fl-1996 kienu jithallsu Lm4.25c u mhux Lm3.10c, kif kienu ftiehmu li jithallsu s-sidien tax-xarabanks f’Ghawdex. L-Assocjazzjoni kienet qed tghid li qed taghmel din it-talba ghal din iż-żieda biex taghmel tajjeb ghaż-żieda li kien hemm fl-ispejjeż ta’ kull vjagg.
Wara sensiela ta’laqghat kif ukoll ittri li ntbaghtu minn parti ghal ohra, il-bierah filghaxija ntlahaq ftehim mal-Legal Advisor tal-Gozo Bus Owners’ Association u b’hekk is-sitwazzjoni mistennija li terga’ lura ghan-normal mil-lum.
Minbarra li l-Ministerughal Ghawdex accetta li l-hlas ghan-nollijiet f’Ghawdex jiżdiedu bhal dawk f’Malta, u allura ghal Lm3.85c kull vjagg, il-Ministeru accetta wkoll il-proposta mressqa mill-Gozo Bus Owners’ Association, jigifieri li jkun hemm żewg hinijiet ta’ vjaggi ta’ ritorn mill-iskejjel ghall-irhula, bit-tieni vjagg jitlaq kwarta wara l-ewwel vjagg. B’hekk, is-sidien ikunu jistghu jahdmu b’inqas xarabanks fl-istess gurnata billi jaghmlu żewg vjaggi bl-istess xarabanks. B’hekk tittaffielhom ukoll l-ispiża ghal kull vjagg u jkunu jistghu jqassmu ahjar l-ammont ta’ xarabanks mehtiega ghat-trasport ta’ l-iskejjel.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow