Ħruġ tal-permessi speċjali għall-medicini b’xejn
pr1167
07/10/2003
| Id-Divizjoni | tas-Saħħa tavza li ser jittieħdu passi mmedjati sabiex tithaffef il-procedura għall-ħruġ ta’ permessi għal għoti b’xejn ta’ medicini specjali (magħrufa bħala l-permess tad-DTC). Dawn il-permessi specjali jinħarġu mill-uffiċċju ta’ l-ispizerija ta’ l-Inpatients, li tinsab taħt id-Dipartiment ta’ l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa. |
| B’seħħ | minn nhar it-Tnejn, 13 t’Ottubru 2003, dan l-uffiċċju tal-permessi fl-Isptar San Luqa ser ikun miftuħ kull nhar ta’ Tnejn, nhar t’Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa, bejn id-9.00 a.m. u nofs-inhar. |
| Nhar | ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis, l-uffiċċju jkun magħluq sabiex l-istaff jikkoncentra esklussivament fuq l-ipprocessar, l-iskedar u l-ħruġ tal-permessi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en