DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, WAQT IL-KONFERENZA ĠENERALI 2003-2005 TAL-GENERAL WORKERS’ UNION – QAWRA - IT-TLIETA, 7 TA’ OTTUBRU 2003
Nirringrazzjakom għall-istedina li għamiltuli biex nindirizza lil din il-Konferenza Ġenerali u mill-ewwel nibda biex nifraħ lill-General Workers’ Union fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju tagħha li qiegħed jiġi ċċelebrat din is-sena.
Ċertament, dan hu mument importanti għal din il-Union. Mhux biss għall-imgħoddi imma b’mod speċjali għal ġejjieni. Fil-fatt it-tema ta’ din il-Konferenza Ġenerali hi waħda li tħares ’l quddiem u huwa proprju għalhekk li nixtieq nieħu din l-opportunità biex flimkien magħkom nitfa’ ħarsti lejn l-isfidi u l-opportunitajiet li għandna quddiemna llum u fil-ġejjieni.
Qegħdin ngħixu mument storiku fl-istorja ta’ pajjiżna, kif ukoll fl-istorja ta’ l-Ewropa u tad-Dinja. Huwa ż-żmien li fih l-Ewropa tassew qed issib il-milja tagħha … mhux bħala forza imperjali kif kienet fil-passat, imma bħala l-akbar entità soċjali, politika, u ekonomika mibnija fuq il-paċi u d-demokrazija.
Sa nofs is-sena d-dieħla, b’għaxar pajjiżi ġodda fl-Unjoni Ewropea, Malta ser tkun parti minn unjoni soċjali, politika u ekonomika li tiġbor fiha ’l fuq minn erba’ mija u ħamsin miljun ruħ. Popolazzjoni ta’ sittin fil-mija akbar minn dik ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerka. Żvilupp enormi mill-mija u sebgħin miljun ruħ f’sitt pajjiżi li taw bidu għal din l-unjoni fl-aħħar tal-ħamsinijiet.
Hija Ewropa b’tant lingwi u kulturi differenti, imma Ewropa magħquda f’valuri komuni u għanijiet simili: il-paċi, id-demokrazija, il-progress soċjali, it-titjib fil-kwalità tal-ħajja, ir-rispett għad-dinjità umana.
Huwa mument li fih wieħed iħares lura b’ċertu sodisfazzjon u ’l quddiem b’determinazzjoni, speċjalment għall-moviment trejdjunjonistiku bħal tagħkom.
Il-movimenti trejdjunjonistiċi Ewropej kienu pijunieri ewlenin fil-bini ta’ din l-Ewropa ġdida. Żgur li mingħajr is-sehem sħiħ u l-impenn kontinwu tat-trade unions Ewropej, ma kienx ikun possibbli l-proġett Ewropa. Dan li llum nafuh bħala l-mudell soċjali Ewropew kien possibbli biss minħabba l-viżjoni u x-xogħol ma jaqta’ qatt tal-movimenti trejdjunjonistiċi Ewropej, li tagħhom il-General Workers’ Union wkoll hija membru.
Hija Ewropa li qed tinbena kuljum fuq il-valuri tad-djalogu soċjali, tas-solidarjetà, fejn il-problemi huma ffaċċjati b’kuraġġ, fi sħubija bejn l-imsieħba soċjali kollha, bi trade unions li għarfu li għandhom responsabbiltà daqs il-gvernijiet u daqs is-settur privat fl-iżvilupp tas-soluzzjonijiet li jistgħu jagħmlu mill-Ewropa soċjetà li tassew taħdem għaċ-ċittadini tagħha.
Fil-kuntest Malti, nistgħu wkoll ngħidu l-istess ħaġa. Dak li akkwistajna s’issa, il-livell ta’ l-għixien tagħna, it-tessut soċjali ta’ pajjiżna, kollha akkwistajnihom flimkien, bis-sehem sħiħ tal-movimenti trejdjunjonistiċi Maltin, fosthom il-General Workers’ Union. U għalhekk, f’din l-okkażjoni, wieħed irid jifraħ b’dak li akkwistajna s’issa filwaqt li nħarsu ’l quddiem b’kuraġġ, biex mhux biss insaħħu dak li għandna imma nkomplu mexjin lejn soċjetà li tassew toffri lill-Maltin l-opportunitajiet kollha biex jagħmlu suċċess għall-familji tagħna.
Minn x’hiex ser jiddependi s-suċċess fis-snin li ġejjin?
Is-suċċess tax-xogħol, ta’ l-impjiegi, ta’ l-industrija f’Malta jiddependi, fost affarijiet oħra, fuq il-kwalità ta’ djalogu soċjali li ser ikun hawn f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Mingħajr sħubija ġdida, patt ġdid, bejn l-imsieħba soċjali kollha, Malta mhux ser tkun f’pożizzjoni li tassigura l-ambjent li fih jitkattar ix-xogħol u l-ġid, biex tassew ħadd ma jibqa’ lura.
Kif ser nagħmlu minn din l-intrapriża li tissejjaħ “Malta”, soċjetà li tassew taħdem għall-Maltin kollha? X’valuri ser imexxi l-moviment trejdjunjonistiku biex is-soċjetà Maltija tħares lejkom bħala forza importanti ta’ tiġdid, progress, u ħarsien tal-ġustizzja soċjali?
Il-mudell Ewropew ta’ sħubija soċjali fir-relazzjonijiet bejn min iħaddem u l-ħaddiema huwa l-futur tar-relazzjonijiet industrijali f’Malta. Meta s-sena li għaddiet il-Parlament kien qed jiddiskuti l-Liġi l-ġdida dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, kien hemm sodisfazzjon kbir meta fl-istadju ta’ kumitat intlaħaq konsensus bejn kulħadd. Dan is-sodisfazzjon ġie espress f’ċapċipa spontanja minn kull min kien preżenti fl-egħluq tad-diskussjoni fl-istadju ta’ kumitat. Missejna dak li jista’ jintlaħaq jekk tassew nivvalorizzaw it-triq tad-djalogu bejn l-imsieħba soċjali.
Is-soċjetà Maltija tal-lum u ta’ għada mhux ser tiftakarkom għall-ġlidiet kbar tal-passat. Imma ser tħares lejkom għal kemm ser tkunu kapaċi tikkontribwixxu biex nirbħu l-isfidi kbar li għandna quddiemna, jigifieri:
il-ħolqien tax-xogħol u l-kompetittività tax-xogħol f’Malta;
it-tisħiħ tal-benefiċċji soċjali speċjalment il-pensjonijiet;
it-tisħiħ tas-servizzi tas-saħħa;
it-tisħiħ tas-servizz pubbliku; u
l-ambjent.
| Trejdjunjoniżmu | effettiv huwa dak li jfittex is-soluzzjonijiet. Trejdjunjoniżmu effettiv jirrikonoxxi li l-interessi tal-ħaddiema ma tistax tifridhom mill-interessi ta’ l-intrapriża fejn jaħdmu l-ħaddiema. Hemm interessi komuni. |
| Is-sigurtà | fl-impjiegi, il-flessibilità u l-kompettività jistgħu jintlaħqu f’qafas ta’ relazzjonijiet industrijali u ta’ impjiegi ġodda fuq il-post tax-xogħol. L-insikurezza fuq il-post tax-xogħol la hi tajba għall-ħaddiema u l-anqas għal min iħaddem. Ma nistgħux inħarsu lura u nirreżistu t-tibdil. Anzi, fit-tibdil li għaddejjin minnu, il-unions mhux biss għandhom rwol importanti ħafna imma jistgħu jkunu huma stess protagonisti. |
| Kulħadd | għandu jiġġieled kontra li l-ħaddiem ikun trattat bħala oġġett li tista’ tarmih meta ma jkollokx aktar bżonnu. Kull ħaddiem għandu bżonn sigurtà ta’ l-impjieg, dħul regolari u żmien biex igawdi mal-familja l-ħin liberu tiegħu. Dan nistgħu noħolquh f’xogħol li jirrikjedi kapaċitajiet avvanzati, teknika għolja u xogħol li jħalli ħafna qliegħ. |
| Hemm | stejjer ta’ suċċessi kbar meta l-unions jaħdmu id f’id ma’ min iħaddem fl-iżvilupp ta’ strateġiji li jagħmlu l-intrapriża tagħhom aktar kompetittiva, fit-trasformazzjoni ta’ l-ambjent tax-xogħol, f’komunikazzjoni aktar miftuħa, f’parteċipazzjoni fit-taħriġ u tagħlim ta’ kapaċitajiet ġodda, fi strutturi maqbula ta’ kif isiru n-negozjati. |
| Donnu | kulħadd qed jaqbel li wieħed mill-akbar għedewwa tas-soċjetà Maltija moderna hija l-mixja lejn l-individwaliżmu … l-individwaliżmu huwa forma oħra ta’ egoiżmu – proprju l-oppost tas-solidarjetà. L-individwaliżmu mhux ispirat mill-valuri nsara … żgur mhux il-forza li mexxa l-moviment trejdjunjonistiku fl-aħħar mitt sena. |
| Filwaqt | li l-isfidi jinbidlu maż-żmien, l-ideali jibqgħu l-istess … il-libertà, is-solidarjetà u d-demokrazija b’ġustizzja soċjali jibqgħu l-bażi ta’ l-ideali li sawwru s-soċjetà Maltija. Huma l-bażi li fuqhom jista’ jinbena kull konsensus. L-esperjenza twila hija prova biżżejjed li l-individwaliżmu bħala idejoloġija ma taħdimx. L-individwu ma jistax jgħix mingħajr ma jipparteċipa f’komunità li tgħaqqdu ma’ nies oħra. L-identità ta’ kull wieħed u waħda minna tiddependi mir-relazzjonijiet tagħna ma’ l-oħrajn, fil-familja, fil-post tax-xogħol u barra x-xogħol. |
| Il-verità | hi li jekk nibqgħu lura milli nieħdu parti fis-soċjetà, il-ġid komuni jsofri… u jekk isofri l-ġid komuni, l-interess ta’ l-individwu jsofri wkoll. Id-demokrazija tfisser li kollha kemm aħna rridu nikkontribwixxu lejn is-soċjetà, li l-individwu għandu responsabbiltà lejh innifsu u lejn ħaddieħor. Din hija l-idea bażika ta’ solidarjetà. Daqs kemm hu essenzjali li l-individwu jirċievi mis-soċjetà, daqs tant ieħor huwa importanti li jagħti u jikkontribwixxi. Din hija s-solidarjetà. Dan huwa l-bażi li fuqu nistgħu u għandna nibnu Malta moderna. Dan huwa l-bażi li fuqu nistgħu naslu għal konsensus ġdid bejn l-imsieħba soċjali kollha u bejn ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. |
| Spiċċa | ż-żmien li fih l-istat jieħu jew inawwar ir-responsabbiltà ta’ l-individwu. Għal kuntrarju, id-demokrazija għandha twessa’ l-possibilità li kull persuna tgħix ħajja tajba f’ġustizzja soċjali. Mingħajr ir-responsabbiltà ta’ kull individwu lejh u lejn ħaddieħor, nitilfu dak li kapaċi jgħaqqadna flimkien bħala soċjetà. Għandna bżonn is-solidarjetà u r-responsabbiltà bħala l-bażi biex jitħarsu d-drittijiet ta’ kull persuna u l-ġid komuni. |
| Iż-żmien | li qed ngħixu huwa żmien ta’ bidliet kbar f’ħajjitna ta’ kuljum, fuq il-postijiet tax-xogħol tagħna u kif nifhmu d-dinja ta’ madwarna. Il-fruntieri bejn pajjiżi differenti m’għadx għandhom is-sens li kellhom qabel. Il-politika saret sfida ħafna akbar meta tqis li ebda pajjiż ma jista’ jagħmel il-politika għal pajjiżu biss, qisu separat mill-bqija tad-dinja. |
| L-iżviluppi | kbar fit-teknoloġija u l-informatika waħedhom mhumiex ser jagħtu lis-soċjetà Maltija s-sens ta’ direzzjoni, skop u sigurtà li għandna bżonn. Ir-rata ta’ bidla hija enormi. Quddiem din il-bidla, jekk ma nibdlux il-mod kif naħdmu, il-politika li nħaddnu, nispiċċaw spettaturi u konsumaturi passivi. |
| Nemmen | b’qalbi kollha li hija l-għażla tas-solidarjetà fuq l-individwaliżmu li għandha tkun il-bażi ta’ kif tiffaċċjaw din l-isfida. Din m’hijiex għażla faċli. |
| Quddiem | il-biża’ li ġġib magħha kull bidla, faċli li l-individwu jfittex is-sigurtà tiegħu billi jirtira mis-soċjetà li qegħda ssir dejjem aktar komplessa u li ħafna drabi ma tidhirx li qed toffri sens ta’ direzzjoni jew skop. Irridu nkunu viġilanti kontra din it-tendenza li tista’ tħallina wkoll passivi u bla interess f’dak li qed jiġri lill-ġar tagħna. |
| Is-saħħa | tad-demokrazija f’pajjiżna tinstab fil-kapaċità li ninbidlu u niġġeddu, ibbażati fuq l-ideali li sawwruna. Il-ġlieda kontra l-qgħad, il-finanzjament tas-servizzi soċjali u tas-servizzi tas-saħħa, u r-riforma tas-servizzi pubbliċi biex tassew iservu liċ-ċittadini Maltin qed ipoġġu fuqna lkoll, inkluż fuqkom bħala moviment trejdjunjonistiku ewlieni f’Malta, ir-responsabbiltà li ninbidlu u niġġeddu, mingħajr ma qatt inwarrbu fil-ġenb is-solidarjetà ta’ bejnietna. Anzi, nemmen aktar minn qatt qabel li aktar ma tkun kbira l-isfida li tkun qed tiffaċċja s-soċjetà Maltija, aktar importanti li nfittxu kif ser insarrfu l-valur tas-solidarjetà fid-deċiżjonijiet li nieħdu. |
| L-akbar | ġlieda tagħna hija ġlieda kontra l-attitudni ta’ min jgħidlek: “Ma nafx!” jew “Ma jimpurtanix!” Malta qed tiffaċċja l-istess sfidi ta’ pajjiżi żviluppati oħra. Biss, għandna ħafna x’nitgħallmu minn dak li pajjiżi oħra diġà għaddew minnu qabilna. Fis-snin tmenin u disgħin, kien hemm diversi pajjiżi li ppruvaw iwarrbu l-prinċipju tas-solidarjetà miċ-ċentru tal-politika. Kien hemm min ipprova jħaddem politika li temmen li jekk tħalli s-suq waħdu dan kien ser iwassal għal titjib fil-ħajja tan-nies. Illum nafu li din il-politika ultra liberali falliet fis-sens li l-faqar kompla jiżdied, il-qgħad kompla jiżdied, u d-differenza bejn min għandu u min m’għandux kompla jiżdied. |
| L-isfida | tagħna lkoll, tal-imsieħba soċjali kollha, tiegħi bħala Prim Ministru u tagħkom bħala General Workers’ Union hija kif ser nagħmlu x-xogħol dejjem aktar tajjeb għall-bniedem. Hija sfida li l-Papa Iljun XIII kien tkellem fuqha aktar minn mitt sena ilu u li l-Papa preżenti wkoll dejjem jisħaq fuqha. Ix-xogħol huwa għall-bniedem u huwa l-bniedem li għandu jkun iċ-ċentru tax-xogħol. Kif ser inkunu kompetittivi mingħajr ma l-ħaddiem isir biss għodda għall-profitt? Kif ser inħallu s-suq jaħdem biex niżguraw l-użu effiċjenti tar-riżorsi ekonomiċi filwaqt li nassiguraw li r-responsabbiltà soċjali lejn il-komunitajiet tagħna tkompli tissaħħaħ? |
| Il-politika | tas-solidarjetà, bl-għan li jinħoloq dejjem aktar xogħol u li jkun hawn qsim dejjem aktar ġust mill-ġid li toħloq is-soċjetà Maltija, hija bżonnjuża llum aktar minn qatt qabel. Din il-politika tissarraf f’benefiċċji soċjali li jistimulaw ix-xogħol u mhux l-għażż, ittella lil min għandu pagi baxxi u mhux tiffavorixxi biss lil min diġà qiegħed tajjeb, u titfa’ responsabbiltà ġdida fuq l-imsieħba soċjali, speċjalment fuq il-unions. |
| Il-General | Workers’ Union, bħala protagonista fl-isfidi li għandha quddiemha s-soċjetà Maltija, għandha responsabbiltà ewlenija fil-ħarsien tal-valur tas-solidarjetà bħala l-bażi li fuqu nistgħu nibnu djalogu soċjali effettiv li jwassal għal Malta li tassew taħdem għall-Maltin. L-għażla li għandha l-General Workers’ Union hija wkoll għażla bejn is-solidarjetà u l-individwaliżmu. L-individwaliżmu jista’ jwassal għall-pagi għola għal membri tagħkom, jew għal xi setturi tal-membri tagħkom, imma żgur mhux ser iħarsu l-kwalità u l-kompettività tax-xogħol f’Malta. Is-solidarjetà twassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, l-aktar għal dawk li qegħdin taħt nett, filwaqt li tagħraf ir-responsabbiltà ta’ kulħadd biex inħarsu l-kompetittività tax-xogħol f’Malta. |
| Is-solidarjetà | ma tinkisibx b’sussidji għall-prattiċi li mhumiex sostenibbli, imma f’għajnuna biex dak li mhux sostenibbli u jista’ jsir sostenibbli, tassew isir sostenibbli. Is-solidarjetà ma tfissirx sistema ta’ pensjonijiet li min hu fuq dejjem jibqa’ tiela u min hu taħt jibqa’ dejjem lura. Is-solidarjetà ma tfissirx benefiċċji soċjali li jippremjaw l-għażż imma servizzi soċjali u sistema ta’ taxxi li jippromwovu l-bżulija u l-inizjattiva. |
| Is-solidarjetà | tfisser servizzi tas-saħħa ta’ l-aqwa kwalità għal kulħadd u li tkun sostenibbli matul il-medda taż-żminijiet. Is-solidarjetà żgur li ma tfissirx li min hu l-aqwa jħawwel, imma tfisser li min hu l-aqwa għandu l-akbar responsabbiltà lejn min hu l-aktar dgħajjef fis-soċjetà Maltija. Is-solidarjetà ma tinkisibx fil-konfrontazzjoni, imma tissarraf f’politika prattika madwar il-mejda tad-diskussjoni, bejn l-imsieħba soċjali kollha u mas-soċjetà ċivili kollha. |
| Il-mixja | lejn soċjetà Maltija moderna m’għandhiex timlina b’biża’ u qtiegħ il-qalb imma b’tama u b’ottimiżmu. Hija opportunità li rridu nsarrfu f’soċjetà Maltija li taħdem għal kull ċittadin Malti, għall-familji kollha Maltin. |
| Il-General | Workers’ Union tat prova fil-passat li tista’ tkun protagonista fl-iżvilupp tas-soċjetà Maltija. It-tfal tagħna u t-tfal tat-tfal tagħna ser iħarsu lejna, bħala l-gvern, u lejkom bħala moviment trejdjunjonistiku ewlieni, u jiġġudikawna fuq kemm konna kapaċi nikkollaboraw ma’ xulxin biex noħolqu soċjetà Maltija ġusta u mimlija opportunitajiet għal kulħadd. |
| Ejjew | b’determinazzjoni flimkien niffaċċjaw il-ġejjieni. Soċjetà ġusta u b’opportunitajiet indaqs għal kulħadd ma jiġux billi nixtiequhom. L-isfidi li semmejt jeħtieġu s-saħħa ta’ l-imsieħba soċjali kollha kif ukoll il-benefiċċju ta’ l-esperjenza u l-kompetenza ta’ l-imsieħba soċjali kollha. Irridu nkomplu nitgħallmu minn xulxin biex ngħelbu l-isfidi ta’ l-individwaliżmu u l-apatija, u nġeddu s-solidarjetà u l-parteċipazzjoni bħala l-qafas li fuqu taħdem is-soċjetà Maltija. |
| Lit-tfal | tagħna rridu nkunu kapaċi ngħidulhom li ħdimna flimkien biex l-ideali li naqsmu sarrafnihom f’soċjetà Maltija aktar ċivili, soċjetà Maltija li tassew taħdem għall-Maltin kollha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en