Left arrow Mur Lura

Diskors ta’ l-Onor. Joe Borg lid- 19-il laqgha tal-Kumitat Kongunt bejn Malta u l-Parlament Ewropew – San Giljan - 6 t’Ottubru 2003

pr1160
Date Icon 06/10/2003
Onorevoli Chairman,Gheziez Membri Parlamentari, Mistiedna prezenti, Sinjuri,
Huwa pjacir ghalija li ghal darb’ohra naqsammaghkom ftit hsibijiet dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Kif tafu lkoll, kemm f’Malta kif ukoll fl-Unjoni Ewropea sehhew grajjiet importanti tul iz-zmien li ghadda minn mindu ndirizzajt l-ahhar laqgha ta’ dan il-Kumitat li saret fi Brussell f’Novembru tas-sena li ghaddiet.
Il-poplu Malti ddecieda b’mod car li jissieheb fl-UnjoniEwropea nhar it-8 ta’ Marzu 2003. Kien l-ewwel referendum li sar fost il-pajjizi li se jissiehbu. Kien ukoll wiehed li hadd ma kien jaf bic-car l-andament tieghu x’se jkun. Id-dibattitu politiku li kien hawn hu riflessjoni cara ta’ xenarju politiku miftuh.
L-elettorat Malti rega’ kkonferma din id-decizjonipermezz tal-vot tieghu fl-ghazla li ghamel f’Elezzjoni Generali li saret fit-12 t’April ta’ l-istess sena. L-ghazla kienet cara, u zgur ta’ sodisfazzjon ghal kull min b’kull mezz ikkontribwixxa u hadem bis-shih biex jintlahaq l-ahjar ftehim bejn Malta u l-Unjoni Ewropea waqt il-process tan-negozjati. Illum, il-membri taz-zewg nahat tal-Kamra tal-Parlament Malti lkoll jaqblu li flimkien irridu nigbdu habel wiehed biex Malta taghti u tiehu sehem b’mod shih fl-Unjoni Ewropea.
Izda l-process ma waqafx hemm. Kien hemm il-htiega liMalta tipprepara ruhha ghal shubija. Twaqqfu strutturi godda biex jilqghu ghall-obbligi li Malta dahlet ghalihom. Hu zballjat li wiehed jara dawn l-istrutturi bhala xi piz li kellu jsir minhabba l-Unjoni Ewropea. Il-Gvern waqqafhom ghax jaf li se jkunu huma li ser iservu primarjament biex ic-cittadin jgawdi minn qabza fil-kwalità tal-hajja tieghu fil-gejjieni.
Ergajna bdejna mil-gdid il-Kumitat MEUSAC, li tanthadem b’success tul il-processi ta’ screening u negozjati. Il-MEUSAC tal-lum hu wiehed b’funzonijiet differenti milli kellu qabel, izda zamm dak l-element tant importanti li jkun rapprezentattiv tas-socjetà Maltija, kemm dik kummercjali, civili jew xorta ohra.
Il-funzjoni tal-Kumitat ghall-Affarajiet Barranin fihdan il-Parlament Malti issa se jiehu xejra ta’ importanza aktar minn qatt qabel. Dan il-Kumitat, li ser jissejjah "Il-Kumitat ghall-Affarijiet Barranin u dawk Ewropej", se jizgura t-twettieq tal-process demokratiku f’kull qasam tal-politika barranija Maltija, u se jagixxi bi skrutinju fl-oqsma li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-Unjoni Ewropea ghal gid ahhari tac-cittadin Malti, biex proprju din l-Unjoni tkun wahda tac-cittadin u mhux tal-politici.
Kien mument storiku ghal Malta, kif ukollghall-pajjizi l-ohra membri jew kandidati bhalna, meta ffirmajna it-Trattat tas-Shubija f’April li ghadda. Dan it-trattat kien diskuss u accettat mill-Parlament Malti nhar l-14 ta’ Lulju 2003. Ta’ min wiehed jinnota li Malta kienet l-ewwel pajjiz, fost il-pajjizi li ser jissiehbu s-sena d-diehla fl-Unjoni Ewropea, li kkonkluda l-process ta’ ratifikazzjoni u ghaddiet l-istrument ta’ ratifika lil Gvern Taljan, li bhalissa ghandu wkoll ir-responsabbilità tal-Presidenza ta’ l-Unjoni.
Minn mindu Malta ffirmat dan it-trattat f’Ateni,bdiet tippartecipa bhala osservatur attiv fl-istuzzjonijiet kommunitarji. Ghal Malta dan huwa mument importanti, mhux biss ghax din il-partecipazjoni hija okkazjoni siewja biex l-oqsma kollha tas-socjeta’ Maltija jingranaw fil-process politiku Ewropew, izda wkoll biex ahna il-Maltin nibdew insemmghu lehenna f’ambitu Ewropew kull meta tinhass il-htiega.
Fil-fatt Malta digà hadet sehem attiv tul id-diskussjonijietli saru fi hdan il-Konvenzjoni ghal Futur ta’ l-Ewropa dwar it-thejjija ta’ l-abbozz ghal Trattat Kostituzzjoni Ewropew. Ninnota b’sodisfazzjon il-kontribut tad-delegazzjoni Maltija f’dan il-forum ta’ diskussjoni. Ahna nemmnu li x-xoghol siewi li ghamlet il-Konvenzjoni hu pedament b’sahhtu li fuqu l-Konferenza Intergovernattiva tista’ tkompli tibni sakemm tasal ghad-dokument finali.
Izda minkejja dan, xorta hemm xi affarijiet li Maltastqarret li tixtieq tiddiskuti tul il-Konferenza Intergovernattiva. F’ittra li baghat il-Prim Ministru Malti lil President tal-Kunsill Ewropew, Malta elenkat il-punti li nixtiequ naraw fuq il-mejda tad-diskussjoni.
L-ewwelnett, Malta issostni li l-minimu ta’ erba’rapprezentanti fil-Parlament Ewropew mhux wiehed xieraq u l-anqas prattiku. Ma jistax ikun hemm partecipazzjoni adegwata fl-istrutturi tal-Parlament Ewropew mill-ispettru politiku kollu fil-pajjiz jekk ir-rapprezentanza tkun biss ta’ erba’ membri parlamentari. Hija l-intenzjoni tal-Gvern Malti li jkompli jsostni din il-posizzjoni fil-Konferenza Intergovernattiva li bdiet proprju nhar is-Sibt li ghadda.
Ghar-rigward tal-Kummissjoni Ewropea, Malta setfittex tara li mhux biss kull Pajjiz Membru jibqa’ jkollu Kummissarju, izda li l-Kummissarji kollha ghandu jkollhom status ugwali u li jkunu soggetti ghal kolleggjalità. Barra minn hekk, il-maggoranza kwalifikata ghan-nomina tal-President tal-Kummsissjoni ghandha tirrifletti zewg terzi tal-Pajjizi Membri u ta’ l-inqas tlieta minn kull hamsa tal-popolazzjoni ta’ l-Unjoni.
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri ghad trid tkunelaborata aktar. Ghad m’hemmx definizzjoni cara dwar kif se tahdem is-sistema, partikolarment meta wiehed iqis li l-kuncett ta’ Team Presidencies mhix qed tkun eskluza.
Fl-ahharnett Malta tappogga bis-shih li tiddahhalriferenza ghall-wirt Nisrani ta’ l-Ewropa. Malta ssostni li sa fejn ghandu x’jaqsam il-wirt Nisrani Ewropew, din mhijiex kwistjoni miftuha ghal interpretazzjoni jew twemmin, imma hija kwistjoni ta’ fatt storiku.


Onorevoli Chairman,

Nixtieq nghamel ukoll punt ckejken dwar il-Mediterran. L-Unjoni Ewropea qeghda toffri opportunitajiet dejjem akbar ta’ hbiberija u koperazzjoni ghal pajjizi girien taghha. Din il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea tolqot ukoll lil pajjizi tan-naha t’isfel tal-Mediterran, li maghhom Malta wkoll ghandha storja twila ta’ koperazzjoni u ftehim. Malta, kif dejjem ghamlet fil-process Ewro-Mediterranju, thoss li bi shubija tista issahhah izjed il-partecipazzjoni taghha u l-koperazzjoni taghha mall-pajjizi girien taghna tal-Mediterran. Bhala cittadini ta’ l-Unjoni ahna l-Maltin behsiebna naghtu l-kontribut taghna biex ikomplu dejjem jikbru fl-Unjoni l-apprezzament u l-gharfien tal-problemi u issues li jolqtu lill-Mediterran.

Xieraq li quddiem il-Kumitat Kongunt Parlamentarinaghmel referenza ghal-partecipazzjoni prezenti ta’ Malta fil-Parlament Ewropew. Bhalissa Malta ghandha hames membri parlamentari Maltin, miz-zewg nahat tal-Parlament Malti, nominati bhala osservaturi fil-Parlament Ewropew. Il-partecipazzjoni taghhom fuq bazi regolari fl-attivitajiet kollha tal-Parlament Ewropew qed tghin, fost affarijiet ohra, sabiex il-membri parlamentari Maltin jingranaw fil-process politiku Ewropew. Dwar dan nerga’ infakkar li Malta temmen bi shih li kull pajjiz membru ta’ l-Unjoni ghandu jkollu rapprezentanza xierqa bis-sahha tan-numru ta’ siggijiet li ghandu jkollu fil-Parlament Ewropew.
B’differenza ghas-snin ta’ qabel, dan il-Kumitatqed jiltaqa’ ftit xhur qabel it-twettieq ta’ process ta’ dimensjoni storika. Ghaxar pajjizi, fosthom Malta, se jissiehbu ma shabhom pajjizi Ewropej biex flimkien jfasslu u jwittu t-triq ghal gejjieni ta’ solidarjetà, ta’ progress ekonomiku u socjali, li ghandha twassal ghal kwalità ta’ hajja aktar xierqa u misthoqqa ghac-cittadini taghna. Bhala Membri Parlamentari, u aktar il-quddiem bhala Membri Parlamentari Ewropej, jien konvint li r-rapprezentati Maltin se jaghmlu l-ghalmu taghhom biex dan jitwettaq ghall-beneficcju taghna lkoll.
Bhala konkluzjoni, ma nistghax ma nsemmix b’sodisfazjonil-kontribut li dan il-Kumitat offra biex naslu fejn wasalna llum. Wisq probabli din hi l-ahhar darba li dan il-Kumitat qed jiltaqa’. Nixtieq ghalhekk nsellem lill-Membri Parlamentari Ewropej ta’ dan il-Kumitat u lill-mistiedna presenti, tal-hidma taghhom fi hdan il-Kumitat tul dawn is-snin li ilna nahdmu flimkien.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow