Tahrig ghad-Deputati Registraturi tal-Qrati dwar intaxxar ta’ kawzi
pr1159
06/10/2003
| F"diskors li ghamel is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru | tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici fil-Kavallier ta’ San Gakbu, ghad-Deputati Registraturi, li bhalissa qed jattendu ghal sessjonijiet ta’ tahrig dwar intaxxar ta’ kawzi, huwa qal li l-funzjoni ta’ dan l-ufficjal gholi hija ndispensabbli ghall-Qrati taghna. |
| Il-Gvern huwa determinat li jkompli jgholli l-livell | fil-kwalita’ tad-Deputati Registraturi billi jiehu hsieb li jizdiedu aktar konferenzi u progetti ta’ taghlim fil-ligi. Id-Deputat Registratur m’huwiex semplici skrivan, izda huwa l-fus ta’ tmexxija tajba ta’ awla u strument determinanti ghall-efficjenza amministrattiva li tikkontrolla tajjeb l-ispejjez. Aktar ma huwa jkun preparat tajjeb u aktar ma jkollu taghlim kontinwu u aggornat aktar ikollna l-probabilita’ li nzidu fl-efficjenza tal-Qorti. |
| Id-Deputat Registratur huwa ufficjal specjalizzat li | jitlob ir-rispett sija tal-Gudikatura kif ukoll ta’ l-avukatura. Ghal dan il-ghan, il-Gvern qieghed jiehu hsieb li jrawwem persuni kapaci dejjem aktar li jidderiegu l-awla taghhom minghajr problemi zejda u b’sistemi li t-teknologija moderna qeghda toffri. Huwa semma wkoll li huwa jaqbel li ghandu jkun hemm kwalita’ dejjem ahjar fil-persuni li jigu biex jahdmu fil-Qrati; u semma li m’huwiex facili li ssib dawn il-persuni, billi l-hidma fil-Qorti hija wahda aktar specjalizzata minn ta’ dipartimenti ohra u titlob li min ikun hemm, ikollu numru ta’ snin warajh li sservih ta’ esperjenza. L-impjegat tal-Qorti ghandha tinghatalu d-dinjita’ li haqqu u jinbnielu ambjent ahjar fejn jahdem, b’livell oghla ta’ sigurta’. |
| Is-Segretarju Parlamentari kompla jghid li huwa | sodisfatt li l-amministrazzjoni tal-Qrati ntroduciet l-uzu tal-karta ta’ l-identifikazzjoni fil-qadi tad-dmirijiet ta’ l-impjegati kollha tal-Qorti. Huwa enfasizza li m’ghandux jkun permess ilbies mhux dekoruz u li ma jintegrax ruhu ma’ istituzzjoni daqshekk importanti. L-ufficjali u l-impjegati tal-Qorti ghandhom ikunu konxji billi jgharfu li kull min jidhol fil-Qorti ta’ kull jum, jippretendi li jiltaqa’ ma’ nies li jaghtu ezempju tajjeb. |
| Ghalkemm il-Qorti huwa post difficli fejn wiehed | jahdem, il-Gvern huwa determinat li jkompli jiehu hsieb jibni fuq naha sistemi godda li jgibu aktar logika u efficjenza fl-amministrazzjoni u fuq in-nahha l-ohra ambjent ahjar u fl-istess waqt attenzjoni akbar ghall-problemi li jiltaqghu maghhom dawk li jaghtu s-servizz taghhom fis-sistema legali taghna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en