STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: "L-Oppozizzjoni Trid li post Malta madwar il-mejda tad-decizjonijiet l-aktar importanti u li jolqtuna mill-qrib, jibqa’ vojt"
pr1158
06/10/2003
Il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni jrid li post Malta, madwar il-mejda tad-decizjonijiet l-aktar importanti u li jolqtuna mill-qrib, jibqa’ vojt.
Dan kien konfermat mill-Kelliem tal-Oppozizzjoni, l-Onor. Noel Farrugia li akkuza lid-dipartimenti li jiffurmaw il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, b’infieq fuq safar matul din is-sena.
| Il-kummenti tal-kelliemi Laburista jikkonfermaw l-inkonsistenza | tal-Oppozizzjoni li, f’mument tghid li trid tirrispetta d-decizjoni cara tal-poplu Malti, li Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea, u li b’hekk Malta jkollha sehem u vuci akbar f’fora internazzjonali; u fl-istess nifs takkuza lill-Gvern b’nefqa akbar ghal safar biex dan id-dover jista’ jitwettaq. |
| L-Onor. Noel Farrugia messu jaf li dan il-Ministeru | kien ristrutturat u li issa jinkludi wkoll il-harsien tal-ambjent u li dan bil-fors iwassal ghal spejjez akbar biex Malta tkun rapprezentata fil-laqghat importanti li jkunu ghaddejjin f’dawn l-oqsma. Irid jinghad ukoll li parti minn dawn l-ispejjez se jingabru lura mill-Gvern Malti permezz tat-TAIEX, li hu programm ta’ assistenza tal-Kummissjoni Ewropea. |
| Il-fatt li ufficjali gholja minn dan il-Ministeru | jkunu prezenti f’laqghat importanti hu konferma ta’ l-impenn tal-Gvern li Malta tkun prezenti fit-tfassil ta’ politika li, fix-xhur u s-snin li gejjin, se jkollhom impatt fuq pajjizna. |
| Nistiednu lill-Onor. Noel Farrugia, biex jiddikjara | jekk huwa huwiex favur jew le, li Malta tibqa’ membru ta’ l-Unjoni Ewropea, u li l-Gvern jahdem biex jaghti sehemhu fid-decizjonijiet li jittiehdu fl-Unjoni Ewropea dwar il-biedja, sajd, ambjent u zvilupp rurali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en