Left arrow Mur Lura

Konferenza dwar l-emendi ghall-Att dwar il-Kummissarji ghall-Gustizzja

pr1156
Date Icon 06/10/2003
Waqtli s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor Carmelo Mifsud Bonnici kien qieghed jitkellem fil-ftuh ta’ konferenza ghall-avukati, li saret fil-Kamra ta’ l-Avukati fil-bini tal-Qorti, l-Belt, dwar l-emendi li dahlu fis-sehh permezz ta’ l-Att Numru XXXI tal-2002, huwa qal li f’socjeta’ demokratika u ewropea bhal taghna, huwa ndispensabbli ghall-Qrati tal-Gustizzja li l-avukati jkunu mgharrfa u ppreparati f’dak li jkun qieghed jigi legislat mill-parlament.
L-avukathuwa l-persuna li tiddefendi d-drittijiet tac-cittadin u li fil-qadi ta’ dmirijietu jixpruna lill-Qorti taghna sabiex din tkompli tavvanza fix-xjenza tad-dritt b’sentenzi motivati, koncizi u aktar veloci. Process li nbeda u li ghandna nkomplu nassigurawh bit-taghlim aktar fil-fond tal-ligi. Ghax ghandu jibqa’ car quddiem ghajnejn kulhadd li l-Qrati m’humiex lussu zejjed izda necessita’ indispensabbli ghal socjeta’ li trid issejjah lilha nnifisha civilizzata.
Is-SegretarjuParlamentari fakkar li fis-sistema legali taghna l-principju huwa dejjem aktar b’sahhtu: li kull cittadin huwa prezunt li jaf tajjeb l-ligi u l-injoranza mhix accettata bhala difiza. Izda proprju ghax wiehed jifhem li ma jistax ikollu poplu kollu avukati, li socjeta’ demokratika ghandha tippretendi li dawk li studjaw il-ligi u li lejhom jirrikorri l-poplu, ghandhom ikunu jafuha sew u li jiehdu hsieb ikomplu jaggornaw rruhhom.
Huwastqarr li huwa ovvju u huwa punt fundamentali ta’ socjeta’ li trid tkun aktar miftuha u responsabbli bhal taghna, li jekk ma jkunx hemm ir-rispett dovut lejn l-avukatura, sija mill-poplu kif ukoll mill-gudikatura, allura l-amministrazzjoni tal-gustizzja tmur lura. Kompla jghid illi  fuq in-nahha l-ohra huwa dmir sagrosant ta’ kull avukat sabiex ma jibzax ifittex dejjem, sistemi godda sabiex isolvi problemi legali bejn ic-cittadini u joqghod lura milli jabbuza mis-sistema, billi jinbdew proceduri inutili li jwahhlu l-efficjenza. Semma l-arbitraggi u l-medjazzjoni li llum il-gurnata fid-dinja moderna huma strumenti alternattivi li jafu jkunu tajba sabiex wiehed isib toroq aktar veloci u inqas gholjin sabiex jinqatghu kwistjonijiet bla sens.
Huwafakkar li tul is-sajf li ghadda nbeda progett ta’ modernizzar: l-ewwel tal-Kamra ta’ l-Avukati fil-bini tal-Qorti, fejn hafna avukati jiltaqghu u jippreparaw ruhhom ghall-kawzi taghhom u t-tieni: ta’ numru ta’ kmamar fejn jistghu jsiru s-seduti. Huwa spjega wkoll li hemm il-hsieb li l-awli tal-Qorti jkunu miftuha huma wkoll, taht sistema kkontrollata mill-Kamra ta’ l-Avukati.
Il-kelliemkompla jghid li l-Gvern huwa determinat li jaghmel mill-Qorti post ahjar milli huwa u li jiehu hsieb li jassigura li s-sentenzi moghtija jigu rispettati. Huwa fakkar li minhabba certi abbuzi, b’emenda introdotta recentement, il-multi f’sentenzi kriminali qed jigu issa konvertiti awtomatikament f’detenzjoni ta’ habs. Din l-parti tal-ligi bhal kull ligi  ohra ser tkompli tigi applikata.
Il-kelliemghalaq billi qal li l-process ta’ bidla necessarja li kien inbeda’, ser jitkompla u jigi ssudat sabiex il-Qrati taghna, flimkien ma’ kull min jahdem hemm,  jirbhu dejjem  aktar l-istima li haqqhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow