IL-MINISTRU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-KULTURA JATTENDI GĦAL LAQGĦA TAL-MINISTRI EWROPEJ RESPONSABBLI MILL-ISPORT
pr1154
06/10/2003
| Il-Ministru | għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett fi tmiem il-ġimgħa attenda għal laqgħa nformali tal-Ministri Ewropej reponsabbli mill-isport, li saret ġo Firenze. Il-laqgħa kienet organizzata mill-Presidenza Taljana tal-Kunsill tal-Ministri. |
| Din | il-laqgħa kkonċentrat fuq ir-riferenza għall-isport fl-abbozz tal-Kostituzzjoni għall-Unjoni Ewropea hekk kif propost mill-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa. F’dan l-abbozz, l-Artiklu 182 li jitratta l-Edukazzjoni, ż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni Vokazzjonali u l-Isport, diġa jitkellem fuq il-prinċipji u l-valuri sportivi. Madankollu, kien hemm qbil bejn il-maġġoranza tal-pajjiżi membri u dawk li ser jidħlu fl-U.E. li għalkemm l-Artiklu 182 huwa tajjeb kif inhu miktub bħal issa, dan dejjem jista’ jittejjeb jekk jiddaħħlu referenzi għan-natura speċifika ta’ l-Isport. |
| Diversi | għaqdiet internazzjonali bħall-U.E.F.A. u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qegħdin iħeġġu lill-Unjoni Ewropeja sabiex taddotta artiklu li bih l-isport fil-pajjiżi membri jkun jista’ jiġi reġolat aħjar u f’ċerti każi meqjus mhux biss bħala attivita’ kummerċjali. |
| Waqt | il-konferenza f’Artmino qrib Firenze, ġew diskussi temi oħra mportanti fosthom il-ġlieda kontra d-droga fl-isport u kif id-dħul ta’ pajjiżi ġodda fl-Unjoni Ewropea ser iħalli effett fuq is-settur sportiv f’dawn l-istess pajjiżi. |
| Fl-intervent | tiegħu, l-Ministru Mugliett wera’ qbil li l-Artiklu 182 għandu jissaħħah b’riferenzi għan-natura speċifika ta’ l-isport. Il-Ministru Mugliett tkellem ukoll fuq kif il-Kummissjoni Ewropea tista’ tindirizza aħjar materji li jolqtu lill-pajjiżi membri ġodda, partikolarment dawk żgħar. |
| Ta’ | min jgħid li l-Presidenza tal-Konferenza għamlet referenza għall-mod kif Malta hija ppreparata sabiex tissieħeb fl-U.E. anke f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-opportunitajiet u r-regolamentazzjoni ta’ l-isport. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en