Left arrow Go Back

Malta Għandha Tisfrutta l-Vantaġġ Komparattiv tal-Pożizzjoni u l-Istorja Tagħha fir-Reġjun Ewro-Mediterranju

pr1152
Date Icon 06/10/2003
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni qed jieħu numru ta’ inizjattivi biex jiżviluppa u jkabbar l-istudju, l-għarfien u l-apprezzament tad-dinja Għarbija f’Malta u tal-lingwa, iċ-ċivilizazzjoni u l-kultura tagħha.
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea tkellem dwar dan il-proġett mad-Direttur Ġenerali ta’ l-Institut du Monde Arabe, Dr Nasser El Ansary, waqt laqgħa li kellu miegħu il-bieraħ fil-Kwartieri ta’ l-Istitut f’Pariġi. Il-Ministru Galea iltaqa’ wkoll mal-President ta’ l’Institut, il-Franċiż Denis Bauchard.  Iż-żewġ naħat iddiskutew il-kollaborazzjoni li tista’ tiġi miftiehma, fejn l-Istitut jagħti l-pariri u l-għajnuna tiegħu għat-twettiq f’Malta ta’ programmi u inizjattivi li jgħinu l-poplu Malti isaħħaħ il-kapaċita` tiegħu li jieħu seħem  fi proċessi ta’ djalogu multi-kulturali fir-reġjun Ewro-Mediterraneju.
Illumil-Ministru Louis Galea kien fost il-mistednin għall-inawgurazzjoni tal-wirja fl-Istitut dwar il-patrimonju kulturali Alġeri mill-President Franċiż Jacques Chirac flimkien mal-President Alġerin Abdelaziz Bouteflika.
Fil-laqgħatiegħu ma’ Dr El Ansary, il-Ministru Louis Galea tkellem dwar diversi inizjattivi li qed twettaq Malta biex tinkoragixxi djalogu effettiv b’rispett sħiħ għad-diversita` kulturali fir-reġjun Ewro-Mediterraneju. Din il-ħidma issa saret aktar rilevanti bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja.
DrEl Ansary fisser li l-Institut du Monde Arabe hu inizjattiva mportanti ħafna bis-saħħa ta’ ftehim internazzjonali bejn il-Gvern Franċiż u tnejn u għoxrin pajjiż Għarbi.  Il-Kwartieri Ġenerali ta’ l-Istitut f’Pariġi ġie inawgurat fl-1987 u għandu valur arkitettoniku minħabba id-disinn oriġinali u l-użu ta’ materjali u teknoloġija ġdida.  Dr El Ansary sostna li l-missjoni ta’ l-Istitut hi propju li tqanqal għarfien u apprezzament taċ-ċivilta` u l-kultura Għarbija fi Franza.
Il-MinistruLouis Galea qal li flimkien ma’ Maltin oħra, hu qed jaħdem ma’ l-Ambaxxatriċi ta’ l-Eġittu f’Malta, Fatma El Zahraa Etman, u ma’ Ambaxxaturi oħra ta’ diversi pajjiżi għarab, fosthom dawk tat-Tuneżija, tal-Libja u tal-Palestina biex ikun hemm apprezzament aħjar ta’ l-opportunitajiet li jeżistu fl-oqsma edukattivi, kulturali u ekonomiċi. Użu aħjar ta’ dawn l-opportunitajiet jinħtieġ li aktar Maltin jidħlu għall-istudji dwar iċ-ċivilta`, il-kultura u il-lingwa Għarbija.
Il-MinistruGalea jsostni li biex nisfruttaw il-vantaġġ komparattiv li tgawdi Malta bil-pożizzjoni u l-istorja tagħha fil-Mediterran, jeħtieġ li l-poplu Malti jagħraf u japprezza l-istorja u ċ-ċivilita` millenarja u kbira tad-dinja Għarbija.  Għal dan l-iskop ser jiġu mistiedna Malta personalitajiet u studjużi konnessi mad-dinja Għarbija, sew minn pajjiżi Għarab kif ukoll minn pajjiżi Ewropej biex jinbeda proċess konsistenti ta’ djalogu dwar is-suġġett.
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni qiegħed ukoll jiddiskuti ma’ l-Staff Development Organisation ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mal-Fakulta` ta’ l-Arti fl-Universita` biex impjegati mis-settur pubbliku u persuni oħra mis-settur privat jingħataw scholarships fl-Universita` għall-korsijiet fl-istudji taċ-ċivilta` u l-lingwa Għarbija.
Qedissir ukoll tħejjija biex jibdew korsijiet ta’ filgħaxija fl-Għarbi u biex jitjiebu l-opportunitajiet għat-tagħlim ta’ l-Għarbi fl-iskejjel Maltin. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni qed jesplora wkoll modijiet kif studenti Maltin u dawk mid-dinja Għarbija jistgħu jieħdu sehem f’skambji li jwasslu għal aktar għarfien tal-kulturi u drawwiet individwali tal-pajjiżi kkonċernati.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow