Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GEORGE PULLICINO JIPPREZENTA L-‘ENVIRONMENTAL AWARDS TO INDUSTRY’ GHAS-SENA 2002

PR115
Date Icon 28/01/2003
L-iskop ewlieni tal-awards hu li jinghata gieh lil dawk l-organizzazzjonijietli permezz ta’ policies, prattika u processi qed jghinu biex fil-pajjiz jinholoq zvilupp ekonomiku u socjali u fl-istess hin inaqqsu l-impatt negattiv li l-operazzjoni taghhom thalli fuq l-ambjent.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministerughall-Intern u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino f’diskors li ghamel waqt l-ghoti tal-Environmental Awards to Industry f’Serata li saret fil-Limestone Heritage, is-Siggiewi.
L-awards tqassmu f’zewg kategoriji, li jippremjawl-immaniggjar favur zvilupp sostenibbli u l-konservazzjoni ghal zvilupp sostenibbli.
Is-Segretarju Parlamentari Pullicino qal li ghaniehor hu li l-ghoti tal-premju jixpruna aktar organizzazzjonijiet jiehdu mizuri favur l-ambjent. Hu qal li biex jintlahaq zvilupp sostenibbli jrid ikun hemm sforz mill-gvernijiet u organizzazzjonijiet privati biex jigu ntegrati l-ghanijiet ekonomici, socjali u ambjentali fit-tehid tad-decizjonijiet u t-tfassil tal-politika industrijali.
L-Onor. George Pullicino fakkar kif kumpannijaMaltija s-sena l-ohra kienet wahda milli hadet premju Ewropew fuq l-Immaniggjar ta’ l-Ambjent u awgura li r-rebbieha ta’ din is-sena jkollhom l-istess unur.
L-Onor. George Pullicino qal li skond id-dokumenttan-Nazzjonijiet Uniti ‘Our Common Future’, l-ambjent, it-tkabbir ekonomiku u l-izvilupp socjali jehtieg li jitfasslu biex il-popli tad-dinja javvanzaw minghajr ma jkollhom effett negattiv fuq l-ambjent naturali li fuqu tiddependi kull forma ta’ hajja.
Hu qal li l-Gvern Malti hu impenjat li jtejjeb l-istattal-ambjent f’Malta. Shubija fl-Unjoni Ewropea se twassal ghall-infurzar u l-introduzzjoni ta’ mizuri favur ambjent ahjar.
Intant, l-award fil-kategorija li tippremja l-immaniggjarfavur zvilupp sostenibbli inghata lill-kumpannija Methode Electronics Malta Ltd. Fil-kategorija tal-konservazzjoni ghal zvilupp sostenibbli, l-award inghata lil Dowty Automotive u l-lukanda Radisson. F’din il-kategorija, il-kumpaniji Green Skip u ST Microelectronics nghataw tifhir ghall-operat taghhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow