Seminar dwar l-Emendi ghall-Att dwar il-Kummissarju tal-Gustizzja, li saru permezz ta’ l-Att ta’ l-2002 dwar il-proceduri fil-Qrati u fit-Tribunali
pr1149
04/10/2003
| Is-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici dalghodu inawgura konferenza mnedija mill-Akkademja ghat-Tahrig ta’ l-Impjegati fil-Qrati, ghall-Kummissarji ghall-Gustizzja, dwar l-emendi li saru fl-Att 31 tas-sena 2002. Fid-diskors tieghu lill-Konferenza, Dr. Mifsud Bonnici qal li r-responsabbilita’ tal-gudikant hija wahda li fuqha tiddependi sija l-amministrazzjoni tal-gustizzja kif ukoll it-thaddim tajjeb tal-istituzzjonijiet demokratici. |
| Huwa | kompla jghid li huwa dmir ta’ l-istat li jassigura li jkollu gudikanti tajba f’kull stadju u livell ta’ gudizzju. Huwa obbligu li wiehed izomm taghlim ghaddej sabiex dawn jaggornaw ruhhom ma’ l-avvanzi li jsiru fil-ligi, kif ukoll li jiehdu hsieb li jinterpretawha u japplikawha uniformement. |
| Illum | il-gurnata ghandna process ta’ decentralizzazzjoni qawwi ghaddej fil-gustizzja. Tant li llum m’huwiex biss fil-Qorti il-Belt, fejn jigu decizi kwistjonijiet legali li jinvolvu c-cittadini taghna. Anqas m’huma biss l-Imhallfin li ghandhom l-akbar piz fuqhom. Illum hemm il-Kummissarji ghall-Gustizzja, hemm l-Aggudikanti fit-Tribunali ghat-Talbiet iz-Zghar, il-Magistrat li ha aktar piz u qieghed jiddeciedi kawzi civili ‘l fuq minn dak li kien hemm qabel. |
| Izda | dan jixhet aktar u aktar fuqna l-bzonn li niehdu hsieb li min jintghazel sabiex jiggudika lil ohrajn ikun iffurmat tajjeb u jgib ruhu tajjeb. |
| Diga’ | kien hemm din il-problema fi zmien id-dritt ruman. Fil-fatt ghandna document redatt minn Callistrato li ta parir fuq dan meta kien qal: |
| “La | giustizia deve essere amministrata in modo che colui che amministra giustizia accresca il prestigio della funzione col peso della sua intelligenza e con la forza del suo comportamento.” |
| Dan | ghax tant kien hemm kwistjonijiet x’jigu decizi. Mhux biss. Kif tixhed Novella ta’ Marciano tal-450 Wara Kristu, kien hemm kwantita’ kbira ta’ nies li kull jum imorru fil-kapitali sabiex jiehdu gustizzja billi ma kienux konvinti li mit-tribunali fil-provincji ser jiehdu gustizzja. |
| Il-Kummissarju | ghall-Gustizzja ilu jopera ghal numru ta’ snin u issa qieghed jahdem barra l-Qrati taghna. Dan huwa ta’ vantagg kbir u c-cifri qeghdin juru li qed jiddeciedu kwantita’ kbira ta’ kawzi li fil-maggor parti huma marbuta ma’ kontravenzjonijiet tat-traffiku. Izda issa hemm bzonn li nharsu aktar ‘il quddiem u naraw x’qed isir u filwaqt li nirrangaw dak li huwa zbaljat, inzidu n-natura tal-kazijiet . Il-Gvern huwa determinat li jissoda dan is-settur u jkompli jgibu aktar kapaci jilqa’ ghall-isfidi tal-gurnata tal-lum. |
| Ghax | ghalkemm f’din l-era moderna hemm il-vantaggi kbar fit-teknologija, dan ma jistax jibdel jew jissostitwixxi l-bzonn ta’ gudikanti integri u li jkunu ffurmati tajjeb. Ghalhekk il-hidma ta’ l-Akkademja hija tajba ghax tiehu hsieb tkompli tissoda l-korp tajjeb li ghandna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en