JItnieda l-Progett DELTA, finanzjat mill-Unjoni Ewropea tAht il-Programm ‘Euromed Heritage II’
pr1146
03/10/2003
| Waqt | li s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Carm. Mifsud Bonnici kien qieghed jitkellem fil-Palazz tal-Inkwizitur, fil-Birgu, sabiex jinawgura l-programm Delta fi hdan il-Programm Euromed Heritage II, huwa qal li l-Kottonera ghandha valur storiku u kulturali kbir mhux biss ghall-pajjizna izda wkoll ghad-dinja. Huwa kompla li m’hemmx dubbju li bil-wirt li hallewlna missirijietna bis-swar, bil-knejjes u bil-palazzi u djar sbieh li jinsabu fit-Tliet Ibliet, hemm skop fejn dan il-post jigi dikjarat World Heritage site. |
| Huwa | semma li l-isforz li qieghed isir mill-Gvern prezenti huwa ndikat u dirett sabiex dak li kien ghamel zmien traskurat jerga’ jinghata l-hajja. Kif jafu r-residenti tal-post, din il-hidma bdiet parti parti mill-1987, meta bdew jigu restawrati numru ta’ palazzi u fortifikazzjonijiet. Il-kelliem fakkar kif kienu jinsabu l-Auberge d’Angleterre, Couvre Porte u x-Xatt tal-Birgu qabel l-1987 u kif inhuma illum. |
| Mhux | biss, izda issa hemm restawr ta’ numru ta’ postijiet: bhas-sur ta’ San Mikiel u l-Mina ta’ Sant’Anna fl-Isla, il-Mina ta’ Santa Liena u dik tal-Polverista flimkien mal-knisja ta’ San Pawl f’Bormla. Huwa sostna li dan il-process, la darba inbeda, m’hux ser ikollu waqfien tul din il-legislatura. L-ibliet tal-Birgu, Bormla u l-Isla, minkejja l-attakki feroci li kellhom fuqhom fl-ahhar gwerra irnexxilhom jippreservaw hafna minn dak li wirtu. Izda mhux bizzejjed dan, ghax ghalkemm wiehed jirranga u jgib lura ghall-glorja tal-passat, huwa dmir taghna lkoll li wara nsibu li dawn ikollhom hajja ghall-futur. |
| Wiehed | irid jahseb x’uzu ser jaghmel minnhom u kif dawn ser jaffettwaw il-hajja socjali w ekonomika tar-residenti. Kif ghandna nahsbu minn qabel sabiex ma jkollniex l-effetti negattivi li ppjanar zbaljat jista’ jaghtina fit-turizmu bhal ma gara f’partijiet ohra ta’ pajjizna. Ghalhekk dan il-progett jaghmel sens ghax fil-waqt li fuq naha tkompli ghaddej bil-process ta’ restawr u preservazzjoni, fuq in-naha l-ohra ma tonqosx milli tqis l-esigenzi prezenti u dawk tal-poplu. U dan jista’ jsir bi studju dettaljat u b’diskussjoni mar-residenti. F’kelma ohra kif nistghu ngibu l-partecipazzjoni diretta tal-familji ghall-hajja taghhom. Linja li zgur li taghti l-frott. |
| Il-kelliem | ghalaq billi qal li huwa jinsab ferhan li qieghed jinawgura dan il-progett mhux biss ghall-iskop tajjeb u salutari li ghandu, izda fuq kollox ghax qieghed isir, dan, gewwa l-Palazz tal-Inkwizitur. |
| Huwa | semma kif il-familja Mifsud Bonnici stinkat u ilha tiggieled sabiex dan l-post jinghata d-dinjita’ tieghu kif qieghed jsir illum. Huwa ha l-opportunita’ sabiex isemmi u jfakkar lil dawk prezenti f’domanda parlamentari li kienet saret minn nannuh il-Profs. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici fis-7 ta’ Frar, 1924 fejn kien staqsa lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Mons. Enrico Dandria, s-segwenti: |
1. Se l’Onor. Ministro di Istruzione Publica non creda opportune preservare dal continuo decadimento il vecchio Palazzo dell’Inquisitore che orna la Città Vittoriosa,
2. Se sia a Sua cognizione che le sale del detto Palazzo hanno bisogno di restauro, specialmente quella pregiata dagli stemmi degli Inquisitori mutilata al tempo che detto nobile edificio serviva da mess agli ufficiali;
3. Se non creda che tale monumento interessi la storia patria e che per l’educazione dei giovani un sunto storico, che lo illustri venga a cura del Governo publicato?
| Ghal-liema, | it-twegiba kienet: In seguito a questa interpellanza ho incluso questa questione fra i soggetti da essere trattati nella prossima seduta del comitato delle Antichità e ne informero l’onorevole del risultato. |
| L-kelliem | ghalaq billi qal li jittama li fil-futur qarib, l-ewwel jara aktar hidma ta’ restawr gewwa l-Kottonera u fit-tieni lok, li b’dan il-progett jittiehdu aktar decizjonijiet li jissudaw il-hajja socjali u ekonomika tal-post u t-tielet: li jara integrati t-tnejn f’daqqa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en