Left arrow Mur Lura

Irregistrat titjib fl-andament ekonomiku fit-tieni kwart ta’ din is-sena

pr1145
Date Icon 03/10/2003
Il-Prodott GrossDomestiku (PGD) fit-tieni kwart tas-sena zdied b’1.5% f’termini nominali u 0.9%  f’termini reali, meta mqabbel ma’ l-istess perjodu tas-sena li ghaddiet.
Danhu tkabbir sodisfaċenti l-aktar meta wiehed iqisu fil-kuntest tat-tkabbir ta’ pajjizi ohra. L-istatistika li ħarġet dan l-aħħar turi b’mod ċar l-għafsa kbira li hawn fl-ekonomiji żviluppati madwar id-dinja kollha.  Hekk, iz-zieda f’termini reali ghall-istess perjodu fl-U.E. kienet ta’ 0.5%, fl-Italja ta’ 0.3%, fl-Ingilterra ta’ 1.8%, filwaqt li fil-Germanja kien hemm tnaqqis ta’ 0.2% u fi Franza il-P.G.D. baqa’ l-istess kif muri f’tabella 1.

Tabella 1: Tkabbir reali fit-tieni kwart 2003

%

EU-15

0.5

Belgium

0.8

Denmark

-0.5

Germany

-0.2

Greece

4.4

Spain

2.3

France

0.0

Italy

0.3

Netherlands

-0.9

Portugal

-2.3

Finland

0.8

Sweden

1.5

United Kingdom

1.8

Norway

-2.0

Switzerland

-0.9

F’Malta,l-esportazzjoni naqset 1.7% f’termini reali fit-tieni kwart ta’ din is-sena.  Dan kien minhabba li s-sena l-ohra kien hemm esportazzjoni oghla, minhabba l-bejh ta’ darba,  ta’ l-ajruplani ta’ l-Air Malta.  Jekk dan l-effett jitnehha, kien hemm effettivament zieda reali ta’ 5.9%.  Din ic-cifra trid ukoll tittiehed fil-kuntest tat-tnaqqis fl-esportazzjoni f’termini reali fit-tieni kwart tas-sena 2003 fl-U.E., u fl-iStati Uniti.
L-investimentzdied f’termini reali b’70.6% fit-tieni kwart tas-sena. Din ic-cifra tinkludi l-effett tal-bejgh ta’ l-ajruplani ta’ l-Air Malta s-sena li ghaddiet  u ghalhekk jekk wiehed jelimina dan il-bejgh, isib li l-investiment fil-fatt zdied b’6.6% f’termini reali fit-tieni kwart ta’ din is-sena.  Din ic-cifra trid titqies ukoll fil-kuntest ta’ tnaqqis fl-investiment fl-U.E. u fil-Eurozone.
Fit-tienikwart tas-sena, l-valur mizjud zdied fis-setturi tal-agrikoltura, kostruzzjoni, trasport u kommunikazjoni, fis-settur finanzjarju, f’dak tal-bejjiegha, intraprizi pubblici u servizzi privati.  F’dan il-perjodu, l-pagi mhallsa zdiedu fis-setturi kollha, hlief fl-intraprizi pubblici minhabba li qed isiru kontrolli serji fuq ‘overtime’, kif ukoll minhabba li qed jitwettaq programm ta’ riformi fl-impjiegi.
Ta’min jinnota z-zieda ta’ 6.9% fil-pagi mhallsa fis-settur tal-manifattura. Din kienet l-oghla zieda ghal dawn l-ahhar hames snin. Din ic-cifra ixxejjen il-propaganda ta’ pessimizmu li qed tipprova taghmel l-Oppozizzjoni permezz tal-mezzi tax-xandir taghha.
Dwardan kollhu, l-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor.  John Dalli qal li “c-cifri juru li, ghalkemm l-ekonomija dinjija ghadha mhix wahda stabbli, l-ekonomija Maltija rnexxielha tkompli tikber u tiggenera aktar gid.  Il-haddiema qalghu aktar flus mis-sena l-ohra u l-kumpaniji regghu bdew izidu l-investiment. Dan minhabba li l-pajjiz rega’ qabad ir-rittmu wara li l-poplu Malti ddecieda bic-car, liema rotta pajjizna ghandu jaqbad fil-kuntest tal-politika estera.
Issa bdiet tiġirranġata l-ħsara kbira li saret lil pajjiżna bil-pożizzjoni negattiva tal-oppożizzjoni dwar l-Ewropa u l-kampanja aggressiva tagħhom biex lil pajjiżna jħalluh barra mit-tkabbir li se jsir f’Mejju li ġej.  Attitudni li ċaħdet lil pajjiżna minn investiment u saħħa ekonomika minħabba l-inċertezza li ħolqot.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow