Irregistrat titjib fl-andament ekonomiku fit-tieni kwart ta’ din is-sena
pr1145
03/10/2003
| Il-Prodott Gross | Domestiku (PGD) fit-tieni kwart tas-sena zdied b’1.5% f’termini nominali u 0.9% f’termini reali, meta mqabbel ma’ l-istess perjodu tas-sena li ghaddiet. |
| Dan | hu tkabbir sodisfaċenti l-aktar meta wiehed iqisu fil-kuntest tat-tkabbir ta’ pajjizi ohra. L-istatistika li ħarġet dan l-aħħar turi b’mod ċar l-għafsa kbira li hawn fl-ekonomiji żviluppati madwar id-dinja kollha. Hekk, iz-zieda f’termini reali ghall-istess perjodu fl-U.E. kienet ta’ 0.5%, fl-Italja ta’ 0.3%, fl-Ingilterra ta’ 1.8%, filwaqt li fil-Germanja kien hemm tnaqqis ta’ 0.2% u fi Franza il-P.G.D. baqa’ l-istess kif muri f’tabella 1. |
Tabella 1: Tkabbir reali fit-tieni kwart 2003
% | |
| EU-15 | 0.5 |
| Belgium | 0.8 |
| Denmark | -0.5 |
| Germany | -0.2 |
| Greece | 4.4 |
| Spain | 2.3 |
| France | 0.0 |
| Italy | 0.3 |
| Netherlands | -0.9 |
| Portugal | -2.3 |
| Finland | 0.8 |
| Sweden | 1.5 |
| United Kingdom | 1.8 |
| Norway | -2.0 |
| Switzerland | -0.9 |
| F’Malta, | l-esportazzjoni naqset 1.7% f’termini reali fit-tieni kwart ta’ din is-sena. Dan kien minhabba li s-sena l-ohra kien hemm esportazzjoni oghla, minhabba l-bejh ta’ darba, ta’ l-ajruplani ta’ l-Air Malta. Jekk dan l-effett jitnehha, kien hemm effettivament zieda reali ta’ 5.9%. Din ic-cifra trid ukoll tittiehed fil-kuntest tat-tnaqqis fl-esportazzjoni f’termini reali fit-tieni kwart tas-sena 2003 fl-U.E., u fl-iStati Uniti. |
| L-investiment | zdied f’termini reali b’70.6% fit-tieni kwart tas-sena. Din ic-cifra tinkludi l-effett tal-bejgh ta’ l-ajruplani ta’ l-Air Malta s-sena li ghaddiet u ghalhekk jekk wiehed jelimina dan il-bejgh, isib li l-investiment fil-fatt zdied b’6.6% f’termini reali fit-tieni kwart ta’ din is-sena. Din ic-cifra trid titqies ukoll fil-kuntest ta’ tnaqqis fl-investiment fl-U.E. u fil-Eurozone. |
| Fit-tieni | kwart tas-sena, l-valur mizjud zdied fis-setturi tal-agrikoltura, kostruzzjoni, trasport u kommunikazjoni, fis-settur finanzjarju, f’dak tal-bejjiegha, intraprizi pubblici u servizzi privati. F’dan il-perjodu, l-pagi mhallsa zdiedu fis-setturi kollha, hlief fl-intraprizi pubblici minhabba li qed isiru kontrolli serji fuq ‘overtime’, kif ukoll minhabba li qed jitwettaq programm ta’ riformi fl-impjiegi. |
| Ta’ | min jinnota z-zieda ta’ 6.9% fil-pagi mhallsa fis-settur tal-manifattura. Din kienet l-oghla zieda ghal dawn l-ahhar hames snin. Din ic-cifra ixxejjen il-propaganda ta’ pessimizmu li qed tipprova taghmel l-Oppozizzjoni permezz tal-mezzi tax-xandir taghha. |
| Dwar | dan kollhu, l-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. John Dalli qal li “c-cifri juru li, ghalkemm l-ekonomija dinjija ghadha mhix wahda stabbli, l-ekonomija Maltija rnexxielha tkompli tikber u tiggenera aktar gid. Il-haddiema qalghu aktar flus mis-sena l-ohra u l-kumpaniji regghu bdew izidu l-investiment. Dan minhabba li l-pajjiz rega’ qabad ir-rittmu wara li l-poplu Malti ddecieda bic-car, liema rotta pajjizna ghandu jaqbad fil-kuntest tal-politika estera. |
| Issa bdiet tiġi | rranġata l-ħsara kbira li saret lil pajjiżna bil-pożizzjoni negattiva tal-oppożizzjoni dwar l-Ewropa u l-kampanja aggressiva tagħhom biex lil pajjiżna jħalluh barra mit-tkabbir li se jsir f’Mejju li ġej. Attitudni li ċaħdet lil pajjiżna minn investiment u saħħa ekonomika minħabba l-inċertezza li ħolqot.” |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en