TRID ISSIR VERIFIKA TAL-KWALITA` TA’ L-EDUKAZZJONI
pr1143
03/10/2003
| Ministri responsabbli għall-edukazzjoni, | f’aktar minn 70 pajjiż mill-ħames kontinenti, qed jiltaqgħu taħt l-awspiċji ta’ l-UNESCO f’Pariġi biex jiddiskutu l-aspetti u il-miżuri meħtieġa biex jassiguraw titjieb fil-kwalita` ta’ l-edukazzjoni. Id-Direttur Ġenerali ta’ l-UNESCO, Koichiro Matsuura, sostna li il-kwalita` ta’ l-edukazzjoni hi l-għodda ewlenija għal tkabbir ekonomiku, parteċipazzjoni fl-ekonomija globali, u żvilupp ta’ soċjetajiet mibnijin fuq tagħlim (knowledge society). Il-Ministru Louis Galea qed jieħu sehem f’din il-Ministerial Roundtable on the Quality of Education bit-tema “Sfidi u Dilemmi għall-Kwalita` fl-Edukazzjoni”. |
| Fl-interventi | tiegħu, il-Ministru Galea emfasizza l-importanza tas-sehem tal-ġenituri, flimkien ma’ l-għalliema u l-iskola, fl-edukazzjoni ta’ uliedhom. Hu sostna li id-dmir primarju għall-edukazzjoni ta’ l-ulied hu tal-ġenituri li għandhom bżonn appoġġ ippjanat u espert biex iwettqu il-missjoni tagħhom. Hu spjega l-isforzi li qed isiru f’Malta sew mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni kif ukoll mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. |
| Louis | Galea sostna li filwaqt li l-investiment finanzjarju sostnut ser jibqa` importanti, il-pajjiżi jeħtieġ jirridefinixxu il-problema billi jinsistu fuq il-kriterju ta’ riżultati edukattivi li jistgħu jitkejlu (measurable educational outcomes) bħalma huma l-għerf, il-valuri, il-kompetenzi u il-ħiliet, u l-imġieba. Huwa qal li l-Kurrikulu Nazzjonali ta’ Malta ġie mibni fuq din il-perspettiva bir-riżultat li s-sistema edukattiv Malti għaddej minn evoluzzjoni posittiva li ser tħalli ġid fost il-Maltin. Huwa tkellem ukoll dwar miżuri li huma meħtieġa biex il-kwalita` ta’ l-edukazzjoni tkun mifruxa mas-sistema kollha fil-livelli kollha tagħha. |
| Il-Ministri | preżenti għal din il-laqgħa qablu li sar essenzjali li tiġi stabbilita evidenza, sew nazzjonali kif ukoll komparattiva ma’ pajjizi u reġjuni oħra fid-dinja, tar-riżultati li jkunu qed jinkisbu fil-proċess edukattiv. Dan hu essenzjali biex il-gvernijiet ikunu jafu is-saħħa u d-djugħfija tas-sistemi edukattivi tagħhom fil-formazzjoni taż-żgħażagħ għas-sehem tagħhom ċittadini krejattivi u intelliġenti li kapaċi jsostnu lilhom infushom u li jikkontribwixxu għall-ġid tal-familji tagħhom u tal-komunita` u s-soċjeta` li jgħixu fiha. Il-Ministri emfasizzaw ukoll li l-edukazzjoni hi waħda mill-għodod ewlenin għall-bini ta’ soċjeta` ibbażata fuq il-paċi, l-ugwaljanza u d-demokrazija. |
| Il-konferenza | kienet preseduta mid-Direttur Generali ta’ l-UNESCO, Koichiro Matsuura. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en