KOPERAZZJONI FIL-MEDITERRAN
pr1138
02/10/2003
| Fuq | proposta ta’ Malta, l-Agenzija Internazzjonali ghall-Energija Atomika (IAEA), organizzat laqgha ghall-pajjizi Mediterranji membri taghha, li jaghmlu parti mir-regjun ta’ l-Ewropa. Din saret f’Ateni bejn 26 u 27 ta’ Settembru. |
| F’din | il-laqgha, li kienet preseduta minn Malta, hadu sehem zewg rapprezentanti tad-Dipartiment ta’ l-Affarijiet Multilaterali fi hdan il-Ministeru ta’ l-Affariiet Barranin, kif ukoll rapprezentanti ta’ l-Albanija, Cipru, il-Grecja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Macedonja, is-Slovenia, it-Turkija, is-Serbja u Montenegro, flimkien ma’ rapprezentanti ta’ l-Agenzija Internazzjonali dwar l-Energija Atomika. |
| Matul | din il-laqgha giet studjata l-possibilita’ li jigu organizzati progetti regjonali ghall-pajjizi Ewropej tal-Mediterran dwar l-uzu tax-xjenza nukleari ghal diversi skopijiet ta’ beneficcju ghas-socjeta’ u ghall-ambjent. Hemm il-hsieb li din il-kooperazzjnoi tigi eventwalment estiza ghall-pajjizi kollha tal-Mediterran. |
| Din | il-laqgha fil-fatt approvat erba’ progetti biex jigu sottomessi lill-Agenzija biex jinhadmu bhala parti mill-programm ta’ koperazzjoni teknika tal-IAEA. Dawn il-progetti jinkludu progetti biex titkejjel il-kontaminazzjoni ta’ certi sustanzi fil-bahar Mediterran li se jigi ko-ordinat mit-Turkija; progett dwar il-kwalita ta’ l-arja li se jigi kkordinat mill-Grecja, progett dwar il-preservazzjoni tal-beni kulturali u arkitettonici li se jigi kkordinat mill-Albanija, u progett dwar tahrig ta’ rizorzi umani biex jissahhah il-kontroll fuq l-uzu tal-materjal radio-attiv li jintuza f’setturi differenti bhal medicina u affarjiet ohra. Dan se jigi kkordinat minn Malta. |
| Ta’ | min jinnota hawnhekk, li ghalkemm l-Agenzija Internazzjonali ghall-Energija Atomika twaqqfet biex tghin fl-uzu pacifiku tal-energija nukleari, matul is-snin din l-Agenzija bdiet torganizza attivitajiet li jirrigwardaw l-uzu ta’ materjali radju-attiv ghal diversi skopijiet pacifici u ta’ beneficcju ghas-socjeta’. |
| Fil-fatt | minn mindu Malta saret membru ta’ din l-Agenzija fl-1997, numru ta’ progetti bhal dawn gew implimentati f’Malta. Dawn il-progetti jinkludu studju dwar ir-rizorzi ta’ l-ilma, assistenza lis-Servizzi Veterinarji dwar il-kwalita’ ta’ l-ikel w ghajnuna lill-Isptar Boffa fit-titjib tal-kwalita’ fil-kura ta’ pazjenti li jsoffru mill-kancer. |
| Bl-ghajnuna | ta’ l-Agenzija qed jigu wkoll implementati: |
· progett fl-Isptar San Luqa li ghandu l-ghan li jtejjeb il-kwalita’ ta’ trattament li jinghata mid-Dipartimenti tar-Radjulogija,
· progett mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili w
· d-Dwana dwar pjan nazzjonali ta’ preparazzjoni f’kaz ta’ incident nuklejari,
· kif ukoll progett mal-Laboratorju Nazzjonali ta’ Malta li ghandu bhala ghan l-izvilupp ta’ laboratorju ta’ livell internazzjonali biex jghin fil-protezzjoni ta’ l-ambjent.
| Permezz | ta’ dawn il-progetti kif ukoll progetti ohra ta’ skala regjonali, Malta rnexxiela takkwista ghajnuna teknika minn din l-Agenzija li tammonta ghal aktar minn miljun dollaru Amerikan, f’tahrig u xiri ta’apparat . |
| Fil-prezent | Malta qeghda f’kuntatt ma’ din l-Agenzija dwar progetti f’Malta li jistghu jigu nkluzi fil-programm ta’l-Agenzija ghas-snin 2005-2006. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en