Investiment ta’ Lm14-il miljun fil-proġett tal-Kottonera
pr1135
02/10/2003
| Meta kien qed izur diversi | xoghlijiet li qed isiru mill-Cottonera Waterfront Group fil-Kottonera, il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li s’issa sar investiment ta’ qrib l-Lm14 miljun fil-proġett tal-Kottonera. Hu qal li aktar minn Lm9 miljun minn dan l-investiment sar mill-Cottonera Waterfront Group (CWG) fil-bini tal-marina, l-blokk ta’ appartamenti, r-restawr ta’ l-Imħażen ta’ Caraffa, Seagate Vaults u l-mini taħt il-Forti Sant’Anġlu, it-twaqqigħ ta’ pont li kien jgħaqqad Triq il-Ħabs l-Antik mal-Forti Sant’Anġlu flimkien ma’ diversi xogħlijiet infrastrutturali. |
| Francis | Zammit Dimech qal li tlett proġetti ewlenin kienu |
· il-bini tal-yacht marina,
· ir-restawr ta’ l-Imħażen ta’ Caraffa u
· l-bini tal-blokk ta’ appartamenti ħdejn il-menqa.
| Hu | qal li għall-bini tal-yacht marina permezz ta’ kumpannija sussidarja tal-Cottonera Waterfront Group, il-Grand Harbour Marina, sar investiment ta’ Lm4 miljun. Hu qal li barra minnhekk kien stmat li se jsir investiment ieħor ta’ nofs miljun lira biex jinbena’ l-pied-a-terre u l-car park fix-xatt tal-Forti Sant’Anġlu. Francis Zammit Dimech qal li kellu pjaċir iħabbar li kienet ingħatat l-offerta biex jissaħħaħ u jiġi riabilitat ix-xatt taħt il-Forti Sant’Anġlu, xogħol li kien se jiswa’ aktar minn Lm300,000. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li parti oħra importanti fil-proġett tal-Kottonera kienet il-bini ta’ blokk ta’ appartamenti u blokk kummerċjali fix-xatt tal-Birgu u tal-Kalkara biswit il-Menqa. F’dan il-proġett ġew investiti Lm4.4 miljun. Dan il-proġett se jkun jikkonsisti f’101 appartament, disa’ ħwienet u parkeġġ għal 90 karrozza. Hu qal li wara diskussjonijiet twal u interventi diretti minnu, il-Cottonera Waterfront Group qabel li jneħħi 22 appartament mill-iżvilupp. |
| Filwaqt li ħabbar li fl-aħħar | ta’ Ottubru se jidħlu l-ewwel residenti f’dawn l-appartamenti, il-Ministru Zammit Dimech qal li fuq is-saqaf ta’ dan il-blokk kien qed jinbena’ ġnien pubbliku u belvedere, li kien se jagħti lir-residenti tal-Birgu u viżitaturi li jżuru din il-belt antika, dehra panoramika tal-Port il-Kbir. |
| Francis Zammit Dimech qal li r-residenti | ta’ l-inħawi se jgawdu ukoll minn passaġġ madwar dawn l-apartamenti li se jgħaqqad Xatt il-Birgu ma’ Xatt il-Kalkara. Dan il-passaġġ se jkun aċċessibbli bil-mixi. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li t-twaqqigħ tal-pont li kien jgħaqqad Triq il-Ħabs l-Antik mal-Forti Sant’Anġlu kien ħalla sfreġju fil-forti billi fejn kien imqabbad twaqqa’. Hu qal li l-Cottonera Waterfront Group kien ħaseb biex ifejjaq din il-ferita, billi bena l-parti mwaqqa’ bl-istess tip ta’ ġebel li hu mibni l-forti. |
| Francis | Zammit Dimech qal li proġett importanti ieħor li twettaq mill-Cottonera Waterfront Group kien r-restawr tal-Caraffa Stores minn ġewwa u minn barra. Hu qal li dawn l-imħażen kbar inbnew fl-1689 fi żmien il-Gran Mastru Caraffa. Matul iż-żmien dawn sofrew ħsarat kbar u kienu anke intlew bit-terrapien. Hu qal li fl-2001 dawn l-imħażen tnaddfu mit-terrapien u tneħħew il-partitions li kienu nbnew tul is-snin. Is-soqfa nksew bil-membrane fis-sajf tal-2001. Ir-restawr tal-faċċata, li hija tal-ġebel tal-qawwi, u l-bdil ta’ l-aperturi ta’ l-injam tlesta f’Mejju ta’ din is-sena. Hu qal li f’Jannar li għadda beda x-xogħol ta’ restawr ta’ l-imħażen minn ġewwa li mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. Hu qal li dan il-proġett hu stmat li se jiswa Lm160,000. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-proġett tal-Kottonera qed jagħti lix-Xatt tal-Birgu l-importanza li gawda tul mijiet ta’ snin li matulhom dawn l-inħawi kienu ċ-ċentru kummerċjali u tat-trasport f’pajjiżna. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li kien jemmen li dawn il-proġetti kienu qed iqiegħdu lill-Kottonera fuq il-mappa turistika lokali u b’hekk igħinu fir-riġenerazzjoni tal-Kottonera għall-benifiċċju tar-residenti ta’ l-inħawi u għat-turiżmu f’pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en